Proċedura : 2017/2843(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000061/2017

Testi mressqa :

O-000061/2017 (B8-0325/2017)

Dibattiti :

PV 11/09/2017 - 16
PV 14/09/2017 - 12.1
CRE 14/09/2017 - 12.1

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 192kWORD 16k
6 ta' Lulju 2017
O-000061/2017
Interpellanza maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu O-000061/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 130b tar-Regoli ta’ Proċedura
Beatrix von Storch, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, f'isem il-Grupp EFDD

 Suġġett: Interpellanza maġġuri - Abolizzjoni tal-UNRWA
 Tweġiba fil-plenarja 

L-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) hija aġenzija unika tan-NU. Timpjega 30 000 ruħ, li kważi kollha huma nies tal-post, u n-numru ta' impjegati internazzjonali huwa prattikament neliġibbli. Jidher li hemm nuqqas ta' sorveljanza tal-kontabbiltà u l-azzjonijiet tagħha, peress li l-governanza interna tagħha hija differenti ferm minn dik ta' aġenziji oħra tan-NU. Madankollu, l-UE tagħti appoġġ finanzjarju u tipi oħra ta' appoġġ enormi lil din l-aġenzija. Dan huwa preokkupanti, peress li l-UNRWA naqset milli titbiegħed minn ċerti atti ta' terroriżmu. Barra minn hekk, kien hemm rapporti li jallegaw li ċerti impjegati tal-UNRWA, anki dawk li jaħdmu bħala għalliema, kienu involuti b'mod attiv fl-inċitament ta' atti terroristiċi.

1. L-UE kemm tat fondi lill-UNRWA mill-1998 'il quddiem (jekk jogħġbok elenka skont is-sena)? Peress li saru għadd ta' rapporti li rreferew għal livelli għoljin ta' korruzzjoni u ta' nfiq inġust min-naħa ta' persuni involuti mal-UNRWA, il-Kummissjoni hija daqsxejn preokkupata dwar l-użu xieraq ta' dawn il-fondi?

2. Il-Kummissjoni konxja li l-bini tal-UNRWA ntuża biex jospita lil terroristi u biex jinħażnu l-armi, bħall-pistoli u r-rockets?

3. Il-Kummissjoni tappoġġja l-fużjoni tal-UNRWA mal-korp prinċipali tan-NU li jipprovdi għajnuna u assistenza lir-rifuġjati, jiġifieri l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR), pereżempju, billi tirrifjuta li ġġedded il-mandat tal-UNRWA?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali