Proċedura : 2017/2705(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000065/2017

Testi mressqa :

O-000065/2017 (B8-0606/2017)

Dibattiti :

PV 15/11/2017 - 23
CRE 15/11/2017 - 23

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 196kWORD 19k
1 ta' Settembru 2017
O-000065/2017
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000065/2017
lill-Kunsill
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Sirpa Pietikäinen, Simona Bonafè, Mark Demesmaeker, Gerben-Jan Gerbrandy, Luke Ming Flanagan, Benedek Jávor, f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

 Suġġett: Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali (EIR)
 Tweġiba fil-plenarja 

Fit-3 ta' Frar 2017, il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel edizzjoni tar-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali (EIR). L-għan tal-EIR huwa li jagħti ħarsa ġenerali lejn kif l-Istati Membri qed jimplimentaw il-liġi ambjentali tal-UE u li jappoġġahom jekk ikun meħtieġ. Il-pubblikazzjoni tinkludi rapport ta' 28 pajjiż, sommarju tal-Kummissjoni dwar l-aktar problemi komuni, u suġġerimenti għal titjib.

Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni turi diskrepanzi fl-implimentazzjoni, b'mod partikolari fl-oqsma tal-ġestjoni tal-iskart, il-protezzjoni tan-natura u tal-bijodiversità, il-kwalità tal-arja, it-tniġġis ikkawżat mill-istorbju, il-kwalità u l-ġestjoni tal-ilma. Il-kawżi komuni fil-qalba ta' dawn il-lakuni li ġew identifikati kienu l-koordinazzjoni mhux effettiva bejn l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, nuqqas ta' kapaċità amministrattiva u ta' finanzjament, nuqqas ta' għarfien u ta' data, mekkaniżmi ta' assigurazzjoni tal-konformità insuffiċjenti u nuqqas ta' integrazzjoni u koerenza politika.

1. Il-Kunsill jaqbel mal-kawżi fil-qalba ta' dawn il-lakuni fl-implimentazzjoni kif identifikati mill-Kummissjoni? Il-Kunsill kif qed jippjana li jindirizza dawn il-kawżi ewlenin, b'mod partikolari l-finanzjament insuffiċjenti u n-nuqqas ta' integrazzjoni tal-kwistjonijiet ambjentali f'oqsma oħra ta' politika?

2. L-Istati Membri kif biħsiebhom jagħtu segwitu għall-EIR? L-Istati Membri kollha huma impenjati li jkollhom djalogi strutturali tal-implimentazzjoni, filwaqt li jiżguraw it-trasparenza u l-parteċipazzjoni wiesgħa tal-partijiet interessati, inklużi l-NGOs, in-negozji u r-riċerka?

3. L-Istati Membri jappoġġaw l-impenn tal-Kummissjoni biex twessa' l-kamp ta' applikazzjoni tal-EIR li jmiss biex jinkludi t-tibdil fil-klima, ir-regolazzjoni tal-kimiċi u l-emissjonijiet industrijali?

4. Il-Kunsill jaqbel li l-kwistjonijiet b'rabta mal-implimentazzjoni jeħtieġu attenzjoni regolari fil-livell politiku? Tista' tiġi stabbilita laqgħa annwali jew biannwali tal-Kunsill, iddedikata speċifikament lill-implimentazzjoni tal-liġi ambjentali tal-UE, sabiex jiġi żgurat djalogu strutturat tal-implimentazzjoni, abbażi ta' rieżami tal-progress fl-implimentazzjoni tal-liġi ambjentali tal-UE mmonitorjat fil-livell tal-Istati Membri skont tabella ta' valutazzjoni u permezz ta' punt ta' riferiment tal-aqwa prattika, u biex jiġu diskussi azzjonijiet korrettivi?

5. Il-Kunsill se jorganizza laqgħat konġunti tal-Kunsill sabiex tiġi indirizzata l-implimentazzjoni ta' kwistjonijiet trasversali, bħall-kwalità tal-arja jew it-tniġġis min-nitrati?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali