Proċedura : 2017/2705(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000066/2017

Testi mressqa :

O-000066/2017 (B8-0607/2017)

Dibattiti :

PV 15/11/2017 - 23
CRE 15/11/2017 - 23

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 195kWORD 19k
1 ta' Settembru 2017
O-000066/2017
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000066/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Sirpa Pietikäinen, Simona Bonafè, Mark Demesmaeker, Gerben-Jan Gerbrandy, Luke Ming Flanagan, Benedek Jávor, f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

 Suġġett: Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali (EIR)
 Tweġiba fil-plenarja 

Fit-3 ta' Frar 2017, il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel edizzjoni tar-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali (EIR). L-għan tal-EIR huwa li jagħti ħarsa ġenerali lejn kif l-Istati Membri qed jimplimentaw il-liġi ambjentali tal-UE u li jappoġġahom jekk ikun meħtieġ. Il-pubblikazzjoni tinkludi rapport ta' 28 pajjiż, sommarju tal-Kummissjoni dwar l-aktar problemi komuni, u suġġerimenti għal titjib.

1. Il-Kummissjoni kif biħsiebha tiżgura l-implimentazzjoni f'waqtha u effettiva tal-proposti ta' politika li jinsabu fl-EIR?

2. Kif biħsiebha ttejjeb il-komparabilità tad-data tal-Istati Membri u timla l-lakuni eżistenti f'data marbuta mal-ambjent? X'miżuri qed jittieħdu biex jiġi żgurat li fir-rawnd li jmiss, l-EIR jista' oġġettivament u, abbażi ta' data preċiża, jinkludi t-tibdil fil-klima, l-emissjonijiet kimiċi u industrijali, kif issuġġeriet il-Kummissjoni?

3. Il-Kummissjoni kif biħsiebha taġixxi dwar il-ħtieġa identifikata għal bidla minn approċċi settorjali għal soluzzjonijiet olistiċi, kif imħeġġeġ skont l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), u ttejjeb iċ-ċarezza, il-koerenza u l-konsistenza ta' kif jiġu implimentati l-politika u l-leġiżlazzjoni ambjentali? Kif biħsiebha tuża l-qafas tal-EIR bħala mezz ta' valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-SDGs rilevanti u l-Aġenda 2030?

4. Se tfassal tabella ta' valutazzjoni pubblikament disponibbli għall-prestazzjoni ambjentali tal-Istati Membri sabiex tgħin biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar id-defiċits tal-implimentazzjoni? Se tikkunsidra sett ta' għodda ta' miżuri tal-aħjar prattika sabiex jiġu stabbiliti punti ta' riferiment għall-valutazzjoni tal-progress tal-Istati Membri?

5. X'azzjoni se tieħu biex tiżgura u ttejjeb it-trasparenza u l-parteċipazzjoni wiesgħa tal-partijiet interessati, partikolarment għal dak li għandu x'jaqsam mad-djalogi strutturati tal-implimentazzjoni mal-Istati Membri?

6. Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' obbligu, liema skadenza stabbiliet biex tiżgura l-implimentazzjoni fl-Istati Membri qabel ma jingħata bidu għal proċeduri ta' ksur? Temmen li qed tagħmel biżżejjed biex tibda azzjoni ta' ksur kontra nuqqas ta' konformità mill-Istati Membri?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali