Proċedura : 2017/2819(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000067/2017

Testi mressqa :

O-000067/2017 (B8-0608/2017)

Dibattiti :

PV 14/11/2017 - 17
CRE 14/11/2017 - 17

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 197kWORD 19k
1 ta' Settembru 2017
O-000067/2017
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000067/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Herbert Dorfmann, Karin Kadenbach, Mark Demesmaeker, Gerben-Jan Gerbrandy, Lynn Boylan, Benedek Jávor, Mireille D'Ornano, f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

 Suġġett: Pjan ta' Azzjoni għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija
 Tweġiba fil-plenarja 

F'Diċembru 2016, l-evalwazzjoni "Kontroll tal-Idoneità" tad-Direttivi dwar in-Natura kkonkludiet li d-Direttivi dwar in-Natura kienu adegwati għall-iskop maħsuba għalih, iżda li l-ilħiq tal-objettivi tagħhom kien jiddependi mit-titjib sostanzjali tal-implimentazzjoni tagħhom. Il-Pjan ta' Azzjoni għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija għandu l-għan li jtejjeb malajr l-implimentazzjoni prattika tad-Direttivi dwar in-Natura, u għaldaqstant huwa pass importanti 'l quddiem, iżda huwa meqjus insuffiċjenti biex jintlaħqu l-miri tal-bijodiversità tal-2020.

1. Il-Kummissjoni għaliex m'għamlet l-ebda referenza għall-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020, ħlief meta sostniet li l-Pjan ta' Azzjoni għandu l-għan li "jħaffef il-progress lejn il-mira tal-UE 2020 li jieqaf u jitreġġa' lura t-telfien tal-bijodiversità u tas-servizzi tal-ekosistema?" Il-Kummissjoni kif se twieġeb għall-appelli usa' magħmula mill-Parlament Ewropew biex jintlaħqu l-miri tal-2020? Il-Kummissjoni liema strateġija tikkunsidra bħala neċessarja mill-2020 'il quddiem?

2. Il-Kummissjoni meta qed tippjana li toħroġ bi proposta għall-iżvilupp ta' Netwerk Trans-Ewropew għall-Infrastruttura Ekoloġika (TEN-G), inizjattiva tal-UE dwar il-pollinaturi u proposta leġiżlattiva li timplimenta l-pilastru tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Ġustizzja? X'azzjoni qed tieħu l-Kummissjoni sabiex tindirizza l-qtil illegali tal-għasafar, inklużi l-ispeċijiet migratorji fil-Mediterran u l-għasafar tal-priża f'xi Stati Membri?

3. Il-Kummissjoni kif qed tippjana li tintegra n-netwerk Natura 2000 u miżuri usa' f'dak li jikkonċerna l-bijodiversità mal-PAK, il-politika ta' koeżjoni, il-PKS, il-politika marittima integrata u l-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni? Il-Kummissjoni kif qed tippjana li tevalwa l-impatt tal-PAK fuq il-bijodiversità u tindirizza n-nuqqas ta' koerenza bejn dawn iż-żewġ oqsma ta' politika? X'azzjoni qed tieħu l-Kummissjoni biex tindirizza kwistjonijiet li jirriżultaw mill-koeżistenza bejn in-nies u ċerti speċijiet protetti, bħalma huma l-karnivori kbar f'ċerti żoni agrikoli?

4. Fid-dawl tal-QFP li jmiss, x'miżuri biħsiebha tieħu l-Kummissjoni sabiex iżżid ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex tiffinanzja b'mod adegwat il-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità? Il-Kummissjoni qed tippjana li tintroduċi mekkaniżmu ta' traċċar tal-infiq għal Natura 2000 sabiex itejjeb it-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-effikaċja tal-fondi tal-UE, kif ġie rrakkomandat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali