Proċedura : 2017/2620(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000069/2017

Testi mressqa :

O-000069/2017 (B8-0330/2017)

Dibattiti :

PV 03/10/2017 - 13
CRE 03/10/2017 - 13

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 196kWORD 18k
4 ta' Settembru 2017
O-000069/2017
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000069/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Adina-Ioana Vălean, Peter Liese, Gilles Pargneaux, Julie Girling, Gerben-Jan Gerbrandy, Estefanía Torres Martínez, Marco Affronte, Piernicola Pedicini, f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

 Suġġett: Il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima 2017 f'Bonn, il-Ġermanja (COP23)
 Tweġiba fil-plenarja 

X'azzjoni qed tieħu l-Kummissjoni biex tiżgura li l-Konferenza COP23 dwar it-Tibdil fil-Klima f'Bonn tagħmel passi sinifikanti 'l quddiem sabiex:

– sal-2018 isir progress fir-rigward tar-regoli ta' implimentazzjoni ewlenin tal-Ftehim ta' Pariġi, inkluż dwar kwistjonijiet marbuta ma' qafas ta' trasparenza msaħħaħ, dettalji tal-bilanċ globali, gwida ulterjuri dwar il-kontributi determinati fil-livell nazzjonali (NDCs), u mekkaniżmu li jiffaċilita l-implimentazzjoni u jippromwovi l-konformità;

– tiġi ċċarata u tissawwar id-definizzjoni tad-djalogu faċilitattiv tal-2018, li se tkun opportunità importanti biex isir rendikont tal-progress lejn il-mira ta' mitigazzjoni tal-Ftehim u jiġu indirizzati t-tħejjija u r-reviżjoni tal-NDCs tal-Partijiet qabel l-2020; u

– tiżdied il-mobilizzazzjoni tal-finanzjament għall-klima sabiex jintlaħaq l-għan konġunt ta' USD 100 biljun fis-sena sal-2020?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali