Proċedura : 2017/2877(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000070/2017

Testi mressqa :

O-000070/2017 (B8-0602/2017)

Dibattiti :

PV 05/10/2017 - 10
CRE 05/10/2017 - 10

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 200kWORD 18k
4 ta' Settembru 2017
O-000070/2017
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000070/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Jens Nilsson, Ramón Luis Valcárcel Siso, Beatriz Becerra Basterrechea, Marie-Christine Vergiat, Sven Giegold, Elena Gentile, Agnes Jongerius, Brando Benifei, Clara Eugenia Aguilera García, Ernest Urtasun, Evelyn Regner, Pina Picierno, Izaskun Bilbao Barandica, Jan Keller, Jean Lambert, Jean-Paul Denanot, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Nessa Childers, Nicola Danti, Patrizia Toia, Ramón Jáuregui Atondo, Renata Briano, Sergio Gaetano Cofferati, Sergio Gutiérrez Prieto, Guillaume Balas, Nicola Caputo, Simona Bonafè, Damiano Zoffoli, Enrico Gasbarra, Marita Ulvskog, Jytte Guteland, Olle Ludvigsson, Anna Hedh, Eider Gardiazabal Rubial, Elena Valenciano, Sofia Ribeiro, Heinz K. Becker, Georgi Pirinski, Enrique Guerrero Salom, Maria Arena

 Suġġett: Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Ekonomija Soċjali
 Tweġiba fil-plenarja 

Fl-2015, il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar "Il-promozzjoni tal-ekonomija soċjali bħala mutur ewlieni ta' żvilupp ekonomiku u soċjali fl-Ewropa". Il-konklużjonijiet tal-Kunsill jenfasizzaw li l-ekonomija soċjali, iffurmata minn varjetà rikka ta' mudelli tal-intrapriża, bħal kooperattivi, soċjetajiet mutwi, fondazzjonijiet u intrapriżi soċjali, għandha rwol importanti fil-kisba ta' diversi objettivi tal-UE, fosthom it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, il-ħolqien ta' impjiegi diċenti, il-koeżjoni soċjali u l-innovazzjoni soċjali.

Fl-Ewropa hemm żewġ miljun intrapriża tal-ekonomija soċjali li jimpjegaw aktar minn 14.5 miljun persuna u jirrappreżentaw 8% tal-PDG tal-UE. Kif enfasizzat mir-rapport tal-Parlament dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali(1), l-ekonomija soċjali tagħti eżempju tajjeb rigward il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità tajba, l-appoġġ tal-inklużjoni soċjali u l-promozzjoni ta' ekonomija parteċipattiva.

Fl-2016, ir-rapport tal-Parlament dwar l-Istrateġija tas-Suq Uniku(2), id-Dikjarazzjoni ta' Bratislava dwar l-Ekonomija Soċjali, iffirmata minn 10 Stati Membri, u r-rapport tal-Grupp Konsultattiv tal-Kummissjoni għall-Intrapriżi Soċjali (GECES), stiednu lill-Kummissjoni tiżviluppa Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-ekonomija soċjali. F'Mejju 2017, disa' Stati Membri adottaw id-Dikjarazzjoni ta' Madrid dwar l-Ekonomija Soċjali, li tistieden lill-Kummissjoni tinkludi Pjan ta' Azzjoni Ewropew 2018-2020 fil-programm ta' ħidma tagħha għall-2018, b'finanzjament adegwat, li se jippromwovi l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali fl-Ewropa u jsaħħaħ l-innovazzjoni soċjali. Fl-opinjoni tiegħu dwar l-Inizjattiva favur in-Negozji l-ġodda u n-Negozji li qed jespandu(3), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jistieden lill-Kummissjoni tiġbor flimkien l-inizjattivi kollha attwali u ġodda sabiex tappoġġja l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali billi toħroġ komunikazzjoni bi Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Soċjali.

– Il-Kummissjoni kif qed issegwi dawn is-sejħiet mill-Parlament, mill-Kunsill u minn diversi Stati Membri biex jissaħħu l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali?

– F'konformità ma' dawn it-talbiet, il-Kummissjoni qiegħda tippjana li tiżviluppa Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-ekonomija soċjali?

(1) Testi adottati, P8_TA(2017)0010.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0237.
(3) ĠU C 288, 31.8.2017, p. 20.

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali