Proċedura : 2017/2900(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000075/2017

Testi mressqa :

O-000075/2017 (B8-0604/2017)

Dibattiti :

PV 25/10/2017 - 16
CRE 25/10/2017 - 16

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 203kWORD 21k
27 ta' Settembru 2017
O-000075/2017
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000075/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Cláudia Monteiro de Aguiar, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp, Claudia Schmidt, Georges Bach, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, István Ujhelyi, Maria Grapini, Rolandas Paksas, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Rosa Estaràs Ferragut, Deirdre Clune, Kateřina Konečná, Andor Deli, Marek Plura, Gabriele Preuß, Olga Sehnalová, Birgit Collin-Langen, Matt Carthy, Paul Rübig, Nessa Childers, Seán Kelly, Tom Vandenkendelaere, Claudia Țapardel, Isabella De Monte, Izaskun Bilbao Barandica, Peter Kouroumbashev, Ivo Belet, Miltiadis Kyrkos, Ivica Tolić, Lucy Anderson, Fernando Ruas, Massimiliano Salini, Georgi Pirinski, Inés Ayala Sender, Antonio López-Istúriz White, Roberts Zīle, Salvatore Domenico Pogliese, Franck Proust, Renaud Muselier, Kostadinka Kuneva, Pavel Telička, Merja Kyllönen, Ivan Štefanec, Anneleen Van Bossuyt, Artis Pabriks, József Nagy, Ramon Tremosa i Balcells, Eduard Kukan, Daniel Dalton

 Suġġett: In-newtralità tas-sistemi ta' riservazzjoni tal-linji tal-ajru u r-restrizzjoni tal-aċċess għall-informazzjoni dwar it-titjira
 Tweġiba fil-plenarja 

Sa mill-1 ta' Settembru 2015, grupp tal-linja tal-ajru partikolari żied tariffa għall-ispejjeż ta' distribuzzjoni ta' EUR 16 fuq il-biljetti mixtrija permezz tas-Sistemi Globali ta' Distribuzzjoni. It-tariffa għall-ispejjeż ta' distribuzzjoni ma tapplikax meta l-biljetti jinxtraw permezz ta' sistema ta' riservazzjoni kkontrollata minn dan il-grupp tal-linja tal-ajru. Barra minn hekk, linji tal-ajru oħrajn diġà ħabbru li beħsiebhom jagħmlu l-istess, u bosta oħrajn ukoll qegħdin jikkunsidraw li jagħmlu dan.

Il-Kummissjoni diġà rċeviet erba' lmenti kontra l-introduzzjoni tat-tariffa għall-ispejjeż ta' distribuzzjoni fl-istess waqt li tnediet il-pjattaforma tal-linja tal-ajru.

Bl-istess mod, it-trasportaturi tal-ajru ta' pajjiżi terzi introduċew miżuri li jxekklu l-kapaċità ta' siti ta' tqabbil tal-prezzijiet bbażati fl-Ewropa milli juru informazzjoni u prezzijiet dwar it-titjiriet. Dan jillimita l-esponiment għall-kompetizzjoni ta' linji tal-ajru ta' pajjiżi terzi.

Iż-żewġ inizjattivi jipperikolaw il-kapaċità tal-konsumaturi Ewropej milli jagħmlu għażliet informati. Effettivament, inaqqsu l-possibilitajiet disponibbli għall-paragun tal-prezzijiet, l-informazzjoni dwar it-titjira u l-ibbukkjar ta' konnessjonijiet ma' linji tal-ajru multipli. Fl-aħħar mill-aħħar il-konsumaturi se jħallu prezzijiet ogħla għal numru limitat ta' konnessjonijiet tal-ajru.

1. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li s-sistemi ta' riservazzjoni kompjuterizzati stabbiliti l-ġodda u s-sistemi ta' riservazzjoni kompjuterizzati imparzjali, it-tnejn huma regolati mir-Regolament (KE) Nru 80/2009(1)?

2. Il-Kummissjoni taqbel li din is-soprataxxa ddgħajjef id-drittijiet tal-passiġġieri li jqabblu b'mod ħieles u jagħmlu użu minn kanali ta' distribuzzjoni differenti, u l-Kummissjoni beħsiebha tieħu azzjoni?

3. Il-Kummissjoni beħsiebha tiegħu azzjoni kontra l-linji tal-ajru ta' pajjiżi terzi li jipparteċipaw f'attivitajiet simili?

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 80/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar Kodiċi ta’ Kondotta għal sistemi ta’ riservazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89 (ĠU L 35, 4.2.2009, p. 47).

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali