Mistoqsijiet parlamentari
PDF 197kWORD 19k
16 ta' Ottubru 2017
O-000080/2017
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000080/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Nikolaos Chountis, Matt Carthy, Martina Anderson, Liadh Ní Riada, Lynn Boylan, Patrick Le Hyaric, Paloma López Bermejo, Dimitrios Papadimoulis, Stelios Kouloglou, Kostadinka Kuneva, Sofia Sakorafa, Miguel Viegas, f'isem il-Grupp GUE/NGL

 Suġġett: Profitti SMP u ANFA mill-bonds Griegi

Fl-2012, il-Greċja u s-selliefa internazzjonali tagħha ddeċidew li jagħmlu haircut fuq il-bonds Griegi, minbarra dawk il-bonds li l-Eurosistema kellha fil-portafoll tagħha.

Skont it-tweġibiet mill-Kummissarju Moscovici (P-000596/16, E-004193/17) u l-President tal-BĊE, Mario Draghi(1), l-Eurosistema (jiġifieri l-BĊE u l-Banek Ċentrali Nazzjonali) għamlet EUR 6,2 biljun fi profitti netti (SMP kif ukoll ANFA mingħajr rifużjonijiet lill-Ġreċja) matul il-perjodu 2012-2016.

Minn dak iż-żmien 'l hawn, il-Greċja implimentat diversi miżuri ta' awsterità biex tħallas id-dejn mhux sostenibbli tagħha, bil-piżijiet rispettivi jintrefgħu mill-parti l-kbira tal-poplu Grieg.

Il-Kummissjoni lesta twieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:

– Is-selliefa tal-Greċja, li l-Kummissjoni tirrappreżenta fin-negozjati mal-Gvern Grieg, ser itemmu din il-proċedura spekulattiva u jirritornaw inkondizzjonalment il-profitti kbar tal-Eurosistema lill-Greċja?

– Peress li l-bonds Griegi li huma proprjetà tal-Eurosistema kienu esklużi mill-haircut tal-2012, il-prinċipju ta' trattament ugwali nkiser f'dan il-każ?

– Il-Kummissjoni kif tirrispondi għall-argument li l-esklużjoni taż-żamma tal-BĊE llimitat l-effikaċja tal-proċedura ta' haircut tal-2012?

(1) htps://www.ecb.europa.eu/pub/pdf/other/ecb.mepletter171010_Chountis.en.pdf?dacf27e18e53aab21d6e187f2a5d2633

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali