Proċedura : 2017/3008(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000094/2017

Testi mressqa :

O-000094/2017 (B8-0616/2017)

Dibattiti :

PV 17/01/2018 - 21
CRE 17/01/2018 - 21

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 211kWORD 18k
1 ta' Diċembru 2017
O-000094/2017
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000094/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Anna Maria Corazza Bildt, Esteban González Pons, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Barbara Matera, Angelika Niebler, Marijana Petir, Michaela Šojdrová, Dubravka Šuica, Lívia Járóka, Rosa Estaràs Ferragut, Sirpa Pietikäinen, Alessandra Mussolini, Daniel Caspary, Andrzej Grzyb, Jarosław Wałęsa, Anna Záborská, f'isem il-Grupp PPE
Iratxe García Pérez, Maria Arena, Viorica Dăncilă, Vilija Blinkevičiūtė, Anna Hedh, Maria Noichl, Pina Picierno, Biljana Borzan, Edouard Martin, Clare Moody, Marc Tarabella, Julie Ward, Josef Weidenholzer, Hugues Bayet, Monika Beňová, Sylvie Guillaume, Cécile Kashetu Kyenge, Miltiadis Kyrkos, Luigi Morgano, Soraya Post, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Catherine Stihler, Elena Valenciano, Elly Schlein, f'isem il-Grupp S&D
Arne Gericke, f'isem il-Grupp ECR
Angelika Mlinar, Catherine Bearder, Beatriz Becerra Basterrechea, Izaskun Bilbao Barandica, Nathalie Griesbeck, Hilde Vautmans, Ivo Vajgl, Frédérique Ries, Norica Nicolai, f'isem il-Grupp ALDE
Terry Reintke, Ernest Urtasun, f'isem il-Grupp Verts/ALE
Malin Björk, João Pimenta Lopes, Ángela Vallina, Kostadinka Kuneva, Eleonora Forenza, Marina Albiol Guzmán, Kostas Chrysogonos, Javier Couso Permuy, Josu Juaristi Abaunz, Paloma López Bermejo, Marisa Matias, Helmut Scholz, Maria Lidia Senra Rodríguez, Marie-Christine Vergiat, Marie-Pierre Vieu, Lola Sánchez Caldentey, Tania González Peñas, Miguel Urbán Crespo, Estefanía Torres Martínez, Xabier Benito Ziluaga, Sofia Sakorafa, Takis Hadjigeorgiou, Merja Kyllönen, Neoklis Sylikiotis, f'isem il-Grupp GUE/NGL
Daniela Aiuto, f'isem il-Grupp EFDD

 Suġġett: Il-ġlieda kontra t-traffikar tan-nisa u l-bniet għall-isfruttament sesswali u tal-ħaddiema fl-UE
 Tweġiba fil-plenarja 

Fir-Rapport tagħha tal-2016 dwar il-progress li sar fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, il-Kummissjoni sabet li 76% tal-vittmi rreġistrati kienu nisa u mill-inqas 15 % kienu tfal. Il-biċċa l-kbira tal-vittmi kienu ċittadini tal-UE u 65% minnhom kienu mir-Rumanija, mill-Bulgarija, min-Netherlands, mill-Ungerija u mill-Polonja. It-traffikar għall-iskop tal-isfruttament sesswali għadu l-aktar forma mifruxa ta' traffikar tal-bnedmin (67% tal-vittmi rreġistrati) segwit mill-isfruttament tal-ħaddiema (21%).

Bosta Stati Membri rrapportaw li t-traffikar tal-bnedmin għall-iskop tal-isfruttament tal-ħaddiema qed jiżdied (21% tat-total tal-vittmi rreġistrati). Ir-rapport jidentifika l-agrikultura bħala settur fost dawk b'riskju għoli kif eżemplifikat mill-każijiet riċentement irrapportati ta' nisa Rumeni affettwati mit-traffikar fl-Italja. Il-ħames pajjiżi barra mill-UE li kellhom l-ogħla għadd ta' vittmi rreġistrati kienu l-Albanija, iċ-Ċina, il-Marokk, in-Niġerja u l-Vjetnam. L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) u l-UNICEF irrapportaw żieda drammatika fl-għadd ta' nisa u bniet Niġerjani li sfaw vittmi tat-traffikar li 50% minnhom kienu minorenni mhux akkumpanjati; filwaqt li 80% tan-nisa kienu traffikati għall-isfruttament sesswali.

Permezz tad-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, l-UE adottat miżuri dwar il-prevenzjoni, il-protezzjoni u l-appoġġ tal-vittmi, il-prosekuzzjoni tat-traffikanti, kif ukoll l-istabbiliment ta' unitajiet ta' infurzar tal-liġi nazzjonali speċjalizzati fit-traffikar tal-bnedmin u l-ħolqien ta' skwadri ta' investigazzjoni pan-Ewropej għall-prosekuzzjoni f'każijiet ta' traffikar transfruntier. L-Istati Membri jridu wkoll jikkonformaw mad-Direttiva 2012/29/UE dwar id-drittijiet tal-vittmi u d-Direttiva 2014/36/UE dwar il-ħaddiema staġonali. Barra minn hekk, l-Artikolu 5 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE jipprojbixxi l-iskjavitù u x-xogħol forzat, filwaqt li l-Artikolu 31 jistipula li l-ħaddiema kollha għandhom id-dritt għal kondizzjonijiet tax-xogħol "ġusti u xierqa".

B'rabta mal-isfruttament sesswali u tal-ħaddiema gravi rrapportat fis-setturi differenti kkonċernati, x'inhi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-konformità tal-Istati Membri mad-Direttivi msemmija hawn fuq u mal-obbligi tagħhom ta' diliġenza dovuta li jipproteġu l-ħaddiema u li jwettqu ispezzjonijiet bl-għan li jidentifikaw każijiet ta' sfruttament tal-ħaddiema u li jipproteġu l-vittmi, li jistabbilixxu mekkaniżmi ta' rimedju u li jiżguraw li l-awturi tar-reati jitressqu quddiem il-ġustizzja? X'azzjoni qed tieħu l-Kummissjoni kontra l-Istati Membri li mhux qed jikkonformaw mad-Direttivi?

X'miżuri speċifiċi qed tieħu l-Kummissjoni biex tindirizza d-dimensjoni tal-ġeneru tat-traffikar, tal-abbuż sesswali u tal-isfruttament tal-ħaddiema? Fid-dawl tal-għadd ta' każijiet irrapportati u tas-setturi speċifiċi kkonċernati, x'riżorsi ġew speċifikament allokati għad-dimensjoni tal-ġeneru sabiex tiġi indirizzata l-problema b'mod effikaċi?

Xi sforzi investigattivi saru biex jiġu mmirati dawk il-pajjiżi li fihom l-isfruttament sesswali u l-isfruttament tal-ħaddiema huma l-aktar mifruxin?

Il-Kummissjoni tiġbor, abbażi tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrapportaw data, data speċifika diżaggregata dwar in-nisa li jkunu vittmi tal-isfruttament tax-xogħol u tal-isfruttament sesswali fl-UE? Il-Kummissjoni meta se tippreżenta l-istrateġija tagħha għal wara l-2016?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali