Proċedura : 2018/2566(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000006/2018

Testi mressqa :

O-000006/2018 (B8-0007/2018)

Dibattiti :

PV 14/03/2018 - 16
CRE 14/03/2018 - 16

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 193kWORD 18k
30 ta' Jannar 2018
O-000006/2018

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000006/2018

lill-Kummissjoni

Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura

Czesław Adam Siekierski

f'isem il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Bernd Lange

f'isem il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali


  Suġġett:              Attakk tal-Istati Uniti kontra l-appoġġ agrikolu tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-PAK (fil-kuntest taż-żebbuġ Spanjol)

 Tweġiba fil-plenarja 

L-investigazzjonijiet li għaddejjin bħalissa fuq l-antidumping (AD) u d-dazju kompensatorju (CVD) rigward iż-żebbuġ misjur minn Spanja bdew fit-13 ta' Lulju 2017, wara li ġie konkluż li s-sussidji li l-industrija taż-żejt irċeviet fl-UE kienu jfissru li l-prodotti taż-żejt setgħu jiġu importati fl-Istati Uniti taħt il-prezz tas-suq.

Meta jitqies li ż-żieda fl-esportazzjonijiet Spanjoli kellha biss impatt limitat ħafna fuq is-sitwazzjoni taż-żewġ produtturi taż-żebbuġ tal-Istati Uniti, l-aspett inkwetanti prinċipali ta' dan il-każ huwa li l-investigazzjoni tad-dazju kompensatorju għandha fil-mira ċerti miżuri ta' appoġġ li jaqgħu taħt il-politika agrikola komuni (PAK) minkejja li dawn, skont id-WTO, jikkwalifikaw bis-sħiħ għall-kriterji ta' pagamenti "green box". Il-miżuri fil-mira tal-investigazzjoni tad-dazju kompensatorju huma dawk bħal tal-Iskema ta' Pagament Bażiku, l-Għajnuna għall-Bdiewa Żgħażagħ, eċċ., li mhumiex marbuta mal-produzzjoni, ma jfixklux il-livelli ta' prezzijiet fi swieq agrikoli speċifiċi u ma joħolqux distorsjoni fil-kummerċ internazzjonali.

Fit-19 ta' Jannar 2018, id-Dipartiment tal-Kummerċ impona fuq iż-żebbuġ Spanjol dazju doganali kompensatorju mhux ġustifikata ta' aktar minn 17 %.

X'azzjoni ħadet il-Kummissjoni biex tindirizza din il-kwistjoni?

Il-Kummissjoni kif qiegħda tappoġġa lill-azjendi agrikoli Spanjoli kkonċernati u x'azzjonijiet huma ppjanati mill-Kummissjoni biex jindirizzaw din it-theddida lill-PAK?

Il-Kummissjoni qed tikkunsidra l-possibbiltà li tikkontesta lill-Istati Uniti fid-WTO?

Imressqa: 30.1.2018

Mgħoddija: 1.2.2018

L-iskadenza għat-tweġiba: 8.2.2018

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 5 ta' Frar 2018Avviż legali