Proċedura : 2017/2951(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000008/2018

Testi mressqa :

O-000008/2018 (B8-0011/2018)

Dibattiti :

PV 18/04/2018 - 26
CRE 18/04/2018 - 26

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 192kWORD 19k
31 ta' Jannar 2018
O-000008/2018
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000008/2018
lill-Kunsill
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Renate Sommer, Elena Gentile, Bolesław G. Piecha, Gesine Meissner, Kateřina Konečná, Marco Affronte, Mireille D'Ornano, f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

 Suġġett: Ir-retiċenza dwar it-tilqim u t-tnaqqis fir-rati ta' tilqim fl-Ewropa
 Tweġiba fil-plenarja 

It-tilqim huwa bla dubju ta' xejn wieħed mill-aktar miżuri kosteffikaċi li jeżisti għas-saħħa pubblika. It-tilqim mifrux qered il-ġidri u wassal biex l-Ewropa teħles mill-poljo. L-Istati Membri tal-UE kollha jirrakkomandaw it-tilqim kontra mard serju li kultant jista' jwassal għall-mewt. Madanakollu, ċerti vaċċini għadhom sottovalutati u ma jintużawx biżżejjed. Minkejja, u forsi minħabba, l-impatt tagħhom fuq is-saħħa pubblika, għadd li dejjem qed jiżdied ta' ġenituri u pazjenti qed jagħżlu li jdewmu jew jirrifjutaw it-tilqim. Ir-retiċenza mifruxa dwar it-tilqim saret fenomenu inkwetanti minħabba l-firxa ta' konsegwenzi marbuta mas-saħħa li qed tikkawża fl-Istati Membri. L-aħħar data epidemjoloġika dwar is-sitwazzjoni tat-tilqim fl-Istati Membri turi tnaqqis sinifikanti fl-użu tal-vaċċini.

Il-professjonisti tas-saħħa huma promoturi essenzjali tal-aċċettazzjoni tat-tilqim. Minkejja d-disponibbiltà ta' informazzjoni minn firxa wiesgħa ta' riżorsi, il-fornituri jibqgħu l-aktar bassara importanti tal-aċċettazzjoni tat-tilqim.

Fid-dawl ta' dak li jissemma hawn fuq, x'miżuri biħsiebu jieħu l-Kunsill sabiex jindirizza r-reżistenza għat-tilqim u jippromwovi:

– il-varar ta' Pjan ta' Azzjoni tal-UE kompletament komprensiv li jqajjem il-problema soċjali tar-retiċenza dwar it-tilqim?

– miżuri biex jiġi indirizzat it-tixrid ta' informazzjoni mhux affidabbli, qarrieqa u mhux xjentifika dwar it-tilqim u biex ikomplu jiġu żviluppati kampanji ta' informazzjoni bil-għan li jipprovdu għarfien aktar fil-fond dwar il-vaċċini u jżidu l-kopertura tat-tilqim, inkluż fost il-professjonisti tas-saħħa?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 18 ta' April 2018Avviż legali