Mistoqsijiet parlamentari
PDF 203kWORD 19k
31 ta' Jannar 2018
O-000010/2018

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000010/2018

lill-Kummissjoni

Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura

Emilian Pavel, Brando Benifei, Monika Beňová, Michał Boni, Fabio Massimo Castaldo, Dita Charanzová, Nessa Childers, Andrea Cozzolino, Martina Dlabajová, Damian Drăghici, Santiago Fisas Ayxelà, Francesc Gambús, Eider Gardiazabal Rubial, María Teresa Giménez Barbat, Tania González Peñas, Maria Grapini, Sergio Gutiérrez Prieto, Agnes Jongerius, Manolis Kefalogiannis, Barbara Kudrycka, Ilhan Kyuchyuk, Alain Lamassoure, Krystyna Łybacka, Svetoslav Hristov Malinov, Lukas Mandl, Eva Maydell, Miroslav Mikolášik, Luke Ming Flanagan, Marlene Mizzi, Cláudia Monteiro de Aguiar, Alessia Maria Mosca, Siegfried Mureşan, Javier Nart, Momchil Nekov, Norica Nicolai, Rory Palmer, Aldo Patriciello, Pina Picierno, Sirpa Pietikäinen, Marek Plura, Miroslav Poche, Terry Reintke, Liliana Rodrigues, Alfred Sant, Olga Sehnalová, Michaela Šojdrová, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Claudia Țapardel, Romana Tomc, Tonino Picula, István Ujhelyi, Julie Ward, Iuliu Winkler, Tomáš Zdechovský, Damiano Zoffoli, Milan Zver


  Suġġett:              Rikonoxximent ta' perjodi ta' studju barra mill-pajjiż

L-istudenti jiċċaqalqu fl-UE jew minħabba sitwazzjonijiet familjari jew għax jipparteċipaw f'diversi programmi ta' skambju. Li żgħażagħ jitgħallmu dwar il-mobilità fl-età tal-iskola tgħinhom jiksbu ħiliet bażiċi tal-ħajja u kompetenzi trasversali, li jikkontribwixxu għall-iżvilupp personali, għall-impjegabbiltà u għaċ-ċittadinanza Ewropea attiva tagħhom. L-Artikolu 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jgħid li l-Unjoni għandha timmira lejn "l-inkoraġġiment tal-mobilità fost l-istudenti u l-għalliema, inter alia billi tinkoraġġixxi r-rikonoxximnet akkademiku ta' diplomi u perjodi ta' studju".

Minkejja dan, bosta Stati Membri ma jirrikonoxxux perjodi ta' studju li jkunu tqattgħu barra mill-pajjiż, b'mod speċjali jekk dawn ma jirriżultawx f'diplomi tal-iskejjel konformi mal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK). In-nuqqas ta' ambjent ta' politika favorevoli joħloq ostaklu kbir għall-mobilità tal-istudenti (u tal-familji bi tfal li għandhom l-eta' tal-iskola), li sussegwentement ikollhom jattendu sena jew aktar addizzjonali l-iskola meta jirritornaw f'pajjiżhom.

Filwaqt li nilqgħu l-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla u diplomi ta' tmiem l-istudju tal-iskola sekondarja/perjodi ta' studju barra mill-pajjiż, kif inkluż fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "It-Tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u l-Kultura" (14 ta' Novembru 2017), nixtieq nqajmu l-mistoqsijiet li ġejjin:

              Il-Kumissjoni kif qiegħda tippjana biex tiżgura li r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tinkludi studenti li l-istudji tagħhom barra mill-pajjiż ma wasslux għal kwalifika jew diploma?

              Liema sistema jew sistemi ta' rikonoxximent għal perjodi ta' studju skolastiku barra mill-pajjiż qed jiġu kkunsidrati?

              Il-Kummissjoni qiegħda tippjana li tikkunsidra l-eżempji ta' suċċess tal-Italja u l-Awstrija, fejn perjodi ta' studju li ma jaqbżux it-12-il xhar huma rikonoxxuti mingħajr ebda eżami addizzjonali jew trasferiment ta' krediti?

Imressqa: 31.1.2018

Mgħoddija: 2.2.2018

L-iskadenza għat-tweġiba: 9.2.2018

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 5 ta' Frar 2018Avviż legali