Proċedura : 2018/2552(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000015/2018

Testi mressqa :

O-000015/2018 (B8-0013/2018)

Dibattiti :

PV 18/04/2018 - 25
CRE 18/04/2018 - 25

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 190kWORD 19k
6 ta' Frar 2018
O-000015/2018
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000015/2018
lill-Kunsill
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Pavel Svoboda, f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Legali

 Suġġett: Divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat (2016/0107(COD))
 Tweġiba fil-plenarja 

Fl-4 ta' Lulju 2017, il-Parlament adotta d-deċiżjoni tiegħu dwar il-proposta għal direttiva ta' rapport dwar id-divulgazzjoni pubblika ta' rappurtar pajjiż b'pajjiż (Id-direttiva CBCR). Din għandha l-għan li żżid it-trasparenza u l-iskrutinju pubbliku fuq it-taxxa korporattiva u trawwem ir-responsabilità korporattiva billi timponi rekwiżiti ta' divulgazzjoni fuq ċerti kumpaniji. Ir-rabta qawwija tal-inizjattiva mar-rappurtar korporattiv wassal lill-Kummissjoni biex tressaq emenda għad-Direttiva dwar il-Kontabilità bl-Artikolu 50(1) tat-TFEU bħala bażi legali. Id-deċiżjoni tal-Parlament, ibbażata fuq l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tat-12 ta' Jannar 2017, taqbel mal-għażla tal-Kummissjoni dwar il-bażi legali.

Bid-deċiżjoni tiegħu, il-Parlament ta l-mandat biex jinbdew in-negozjati mal-Kunsill bil-għan li tiġi adottata d-direttiva. Madankollu, il-Kunsill għadu ma ħoloqx approċċ ġenerali u jidher li xi Stati Membri jikkontestaw il-bażi legali proposta, li jissuġġerixxi li l-proposta tirrelata ma' "dispożizzjonijiet fiskali" u għalhekk għandha tkun ibbażata fuq l-Artikolu 115 tat-TFUE.

Skont il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jekk tkun prevista modifika tal-bażi legali li tinvolvi bidla mill-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni obbligati li jkollhom skambju ta' fehmiet.

Il-Parlament huwa tal-fehma li l-proposta rigward direttiva dwar id-divulgazzjoni pubblika ta' rappurtar pajjiż b'pajjiż mhijiex immirata lejn l-armonizzazzjoni tat-taxxi jew lejn it-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa, u lanqas għall-ħolqien ta' obbligi ġodda tat-taxxa. Hija timponi biss l-obbligu addizzjonali fuq xi impriżi li jippubblikaw rapport dwar l-informazzjoni marbuta mat-taxxa fuq l-introjtu. Hija tikkostitwixxi għalhekk mezz ta' governanza korporattiva tajba.

Fid-dawl tal-impenji internazzjonali tal-Unjoni u l-ħtieġa urġenti għal trasparenza msaħħa tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu biex titrawwem il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet Ewropej u fl-Unjoni, il-Kunsill kif jiġġustifika id-dewmien u l-pożizzjoni tiegħu dwar il-bażi legali tal-proposta, speċjalment minħabba l-fatt li l-proposta ma taffettwax l-ammont ta' taxxi nazzjonali li għandhom jitħallsu? Liema soluzzjoni bi ħsiebu jipproponi? Il-Kunsill jikkunsidra dan il-fajl bħala prijorità? X'inhu l-pjan tal-Kunsill biex isir progress dwar din il-proposta importanti sabiex xorta tkun tista' tiġi adottata matul dan il-mandat leġiżlattiv u taħt il-Kummissjoni Juncker?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Frar 2018Avviż legali