Proċedura : 2018/2735(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000021/2018

Testi mressqa :

O-000021/2018 (B8-0024/2018)

Dibattiti :

PV 14/06/2018 - 3
CRE 14/06/2018 - 3

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 192kWORD 19k
26 ta' Frar 2018
O-000021/2018
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000021/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Ingeborg Gräßle, f'isem il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

 Suġġett: Ġlieda kontra l-korruzzjoni
 Tweġiba fil-plenarja 

Il-korruzzjoni taffettwa l-funzjonament tal-UE. Madankollu, hemm differenzi kbar fost l-Istati Membri. Xi ċifri jindikaw li l-ispiża tal-korruzzjoni tammonta għal EUR 120 biljun fis-sena, filwaqt li oħrajn juru li din tista' tilħaq id-EUR 900 biljun. Fl-2011, il-Kummissjoni, filwaqt li irrikonoxxiet il-problema, ħarġet b'pakkett kontra l-korruzzjoni li kien jinkludi sett ta' miżuri biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni, inkluż rapport tal-UE kontra l-korruzzjoni li pprovda liċ-ċittadini Ewropej b'valutazzjoni komparattiva kredibbli tal-korruzzjoni (minbarra l-istituzzjonijiet tal-UE). Ir-rapport identifika miżuri li jippermettu lill-Istati Membri jindirizzaw il-korruzzjoni b'mod aktar effettiv. Il-Kummissjoni għarfet li huwa fl-interess komuni tal-Unjoni li jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jkollhom politiki effikaċi kontra l-korruzzjoni. Ir-rapport għalhekk fittex li jippromwovi standards ta' livell għoli kontra l-korruzzjoni billi jenfasizza dgħufijiet u joħroġ rakkomandazzjonijiet. Il-pakkett ipprevedat l-parteċipazzjoni tal-UE fil-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO). Sitt snin wara, is-sitwazzjoni qed tmur għall-agħar: il-Kummissjoni ma komplietx toħroġ ir-rapport minkejja d-dikjarazzjoni mill-Kummissarju Timmermans f'Ottubru 2016, in-negozjati tal-GRECO jinsabu mwaqqfa, u l-UE mhix qed tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni.

1. X'kienet ir-raġuni għaliex waqaf jinħareġ ir-rapport tal-UE kontra l-korruzzjoni, u għaliex il-Kummissjoni ma ppreżentatx it-tieni rapport li kien diġà ġie mħejji?

2. Billi r-rapport kontra l-korruzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tas-Semestru Ewropew mhumiex alternattivi għal xulxin, u fil-fatt jistgħu jikkomplementaw lil xulxin tajjeb, il-Kummissjoni kif biħsiebha tikkomplementa r-rakkomandazzjonijiet tas-Semestru sabiex tindirizza l-aspetti l-oħra tal-korruzzjoni?

3. Il-Kummissjoni kif biħsiebha tiggarantixxi li l-istituzzjonijiet tal-UE jkunu ħielsa minn kull forma ta' korruzzjoni? Il-Kummissjoni meta se tivvaluta l-konformità tagħha stess mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 1 ta' Marzu 2018Avviż legali