Proċedura : 2018/2666(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000031/2018

Testi mressqa :

O-000031/2018 (B8-0016/2018)

Dibattiti :

PV 02/05/2018 - 28
CRE 02/05/2018 - 28

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 205kWORD 20k
20 ta' Marzu 2018
O-000031/2018/rev.1
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000031/2018/rev.1
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Anna Maria Corazza Bildt, Roberta Metsola, f'isem il-Grupp PPE
Birgit Sippel, Caterina Chinnici, Sylvie Guillaume, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Tanja Fajon, Josef Weidenholzer, Soraya Post, Miltiadis Kyrkos, Kati Piri, Vilija Blinkevičiūtė, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Emilian Pavel, Elly Schlein, Enrique Guerrero Salom, f'isem il-Grupp S&D
Nathalie Griesbeck, Cecilia Wikström, Hilde Vautmans, Sophia in 't Veld, f'isem il-Grupp ALDE
Cornelia Ernst, Dennis de Jong, Marie-Christine Vergiat, Kostas Chrysogonos, Martina Anderson, Malin Björk, Barbara Spinelli, Marina Albiol Guzmán, Patrick Le Hyaric, Dimitrios Papadimoulis, Stelios Kouloglou, Sofia Sakorafa, Paloma López Bermejo, Lola Sánchez Caldentey, Miguel Urbán Crespo, Tania González Peñas, Xabier Benito Ziluaga, Eleonora Forenza, Miguel Viegas, João Pimenta Lopes, João Ferreira, Curzio Maltese, Estefanía Torres Martínez, Kostadinka Kuneva, f'isem il-Grupp GUE/NGL
Judith Sargentini, Jean Lambert, f'isem il-Grupp Verts/ALE

 Suġġett: Il-protezzjoni tat-tfal migranti
 Tweġiba fil-plenarja 

Skont l-aktar ċifri reċenti mill-UNHCR, fl-2017 32 039 tifel u tifla waslu fil-Greċja, fl-Italja, fi Spanja u fil-Bulgarija. Minn dawn, 46 % kienu tfal mhux akkumpanjati jew separati (UASC). Sena wara l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tat-tfal migranti tat-12 ta' April 2017(1), l-Istati Membri għadhom qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' sfidi fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħha.

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal jesiġu li l-aħjar interessi tat-tfal ikunu kunsiderazzjoni primarja fl-azzjonijiet kollha li jaffettwaw lit-tfal.

1. Implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet – il-Kummissjoni kif se tivvaluta l-istat attwali rigward l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tar-rakkomandazzjonijiet li hemm fil-Komunikazzjoni dwar il-protezzjoni tal-tfal migranti? Liema Stati Membri qed jiġu mmonitorjati mill-Kummissjoni? Liema passi beħsiebha tieħu l-Kummissjoni biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni, inkluż l-użu ta' fondi tal-UE, sabiex jiġi żgurat b'mod partikolari li jkunu disponibbli numru adegwat ta' postijiet ta' kenn għat-tfal mhux akkumpanjati u l-familji bit-tfal, li jinħatar uffiċjal għall-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal f'hotspots, li t-tfal ikollhom aċċess f'waqtu għall-kura tas-saħħa, appoġġ psikoloġiku u edukazzjoni, u li r-riunifikazzjoni tal-familja ssir aktar effettiva?

2. Tutela - Minħabba li hemm proċeduri twal biex jinħatru tuturi għal tfal mhux akkumpanjati, il-Kummissjoni kif se tivvaluta l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri biex tassigura li t-tfal kollha jingħataw tutur jew tutur temporanju mal-wasla? Il-Kummissjoni x'beħsiebha tagħmel biex tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jipprovdu taħriġ għat-tuturi u biex tħaffef il-proċeduri għall-ħatra tagħhom?

3. Detenzjoni - Minħabba n-nuqqas attwali ta' indukrar alternattiv għal tfal mhux akkumpanjati u għal familji bit-tfal, x'passi se tieħu l-Kummissjoni biex tappoġġa lill-Istati Membri ħalli jipprovdu mezzi alternattivi għad-detenzjoni? Jekk ikomplu jseħħu każijiet ta' detenzjoni fit-tul u sistematiċi ta' tfal migranti u l-familji tagħhom fl-Istati Membri, il-Kummissjoni se tvara proċeduri ta' ksur kontra dawk l-Istati Membri li ma jiżgurawx konformità mad-drittijiet fundamentali tat-tfal fil-kuntest tal-migrazzjoni?

4. Aċċess għall-edukazzjoni - Il-Kummissjoni x'inhi tagħmel biex tiżgura li l-obbligu legali attwali ta' tliet xhur għall-integrazzjoni tat-tfal li qed jfittxu asil jiġi infurzat fl-Istati Membri kollha tal-UE?

(1) COM(2017)0211.

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Marzu 2018Avviż legali