Mistoqsijiet parlamentari
PDF 209kWORD 19k
2 ta' Mejju 2018
O-000045/2018
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000045/2018
lill-Kummissjoni (Viċi President / Rappreżentant Għoli)
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Kostas Chrysogonos, Nikos Androulakis, Xabier Benito Ziluaga, Nessa Childers, Nikolaos Chountis, Javier Couso Permuy, Angel Dzhambazki, Stefan Eck, Luke Ming Flanagan, Tania González Peñas, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Eva Kaili, Manolis Kefalogiannis, Stelios Kouloglou, Kostadinka Kuneva, Merja Kyllönen, Georgios Kyrtsos, Patrick Le Hyaric, Jiří Maštálka, Costas Mavrides, Martina Michels, Miroslavs Mitrofanovs, Demetris Papadakis, Dimitrios Papadimoulis, Margot Parker, Laurenţiu Rebega, Sofia Sakorafa, Helmut Scholz, Branislav Škripek, Renate Sommer, Barbara Spinelli, Maria Spyraki, Eleni Theocharous, Estefanía Torres Martínez, Miguel Urbán Crespo, Marie-Christine Vergiat, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Julie Ward, Theodoros Zagorakis, Gabriele Zimmer

 Suġġett: VP/HR - Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija

Bħala kandidat ta' Stat Membru tal-UE, it-Turkija trid tikkonforma mal-kriterji għall-adeżjoni tal-UE. Madankollu, it-Turkija ilha żmien tikser b'mod sistematiku d-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt(1). Dawn l-aħħar snin raw il-kontroll tal-eżekuttiv jiġi estiż fuq il-ġudikatura u l-prosekuzzjoni, l-imħallfin u l-prosekuturi jiġu arrestati, imkeċċija u arbitrarjament trasferiti b'mod estensiv, kif ukoll l-avukati jiġu attakkati b'mod persistenti(2). Diversi politiċi, ċittadini u ġurnalisti ntbagħtu l-ħabs illegalment u l-libertà tal-espressjoni ġiet sfaċċatament miksura(3). Barra dan, l-assistenza ta' qabel l-adeżjoni lit-Turkija ma tatx ir-riżultati pożittivi mistennija(4).

It-Turkija, barra minn hekk, sistematikament tikkontesta u ma tirrispettax il-fruntieri tal-UE. Fl-2017 biss, il-Forza tal-Ajru Torka ma rrispettatx l-ispazju tal-ajru nazzjonali tal-Greċja fi 3 317-il okkażjoni(5) u l-Flotta Torka ma rrispettatx l-ibħra territorjali tal-Greċja f'1 998 okkażjoni(6). Huwa indikattiv li fil-15 ta' Frar 2018, dgħajsa tal-għassa Torka intenzjonalment laqtet bastiment tal-gwardja tal-kosta Griega fl-ibħra territorjali Griegi(7), filwaqt li fl-1 ta' Marzu 2018, l-awtoritajiet militari Torok arrestaw żewġ uffiċjali Griegi fil-fruntiera bejn il-Greċja u t-Turkija fuq Evros, li ġew miżmuma mingħajr akkuża jew proċess minn dakinhar 'l hawn(8). Barra minn hekk, it-Turkija ilha żmien tfixkel esplorazzjonijiet u tħaffir ippjanati fiż-żona ekonomika esklużiva ta' Ċipru(9). Apparti dan, it-truppi Torok invadew b'mod arbitrarju r-reġjun ta' Afrin fis-Sirja b'armamenti prinċipalment importati minn pajjiżi tal-UE, qatlu lil persuni ċivili u ssakkeġġjaw proprjetà u qerdu monumenti reliġjużi u kulturali fuq skala(10) enormi. Iktar minn hekk, wieħed ma għandux jinsa li sa mill-1974 'l hawn, madwar 30 000 suldat Torok jinsabu illegalment fit-territorju tal-UE, jiġifieri fin-nofs tat-Tramuntana okkupat tar-Repubblika ta' Ċipru(11).

Ir-Rappreżentant Għoli huwa mitlub iwieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:

1. L-UE kif tippjana li tirreaġixxi għall-fatt li t-Turkija ma użatx kif xieraq l-assistenza ta' qabel l-adeżjoni biex tissodisfa l-kriterji tal-adeżjoni mal-UE?

2. X'passi beħsiebha tieħu l-UE sabiex tipproteġi b'mod effikaċi l-fruntieri tal-UE u tagħti sinjal ċar lit-Turkija li jeħtiġilha tirrispetta d-dritt internazzjonali u tal-UE?

(1) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2016 dwar ir-relazzjonijiet UE-Turkija, Testi adottati, P8_TA(2016)0450; Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Frar 2018 dwar is-sitwazzjoni attwali tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija, Testi adottati, P8_TA(2018)0040; Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sitwazzjoni tal-ġurnalisti fit-Turkija, Testi adottati, P8_TA(2016)0423.
(2) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Frar 2018 dwar is-sitwazzjoni attwali tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija, Testi adottati, P8_TA(2018)0040.
(3) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sitwazzjoni tal-ġurnalisti fit-Turkija, Testi adottati, P8_TA(2016)0423.
(4) https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR18_07/SR_TURKEY_MT.pdf
(5) http://www.geetha.mil.gr/el/violations-gr/2015-01-22-11-43-23.html
(6) http://www.geetha.mil.gr/el/violations-gr/thalassia-symbanta/6483-sygkentrwtika-stoicheia-2017.html
(7) http://www.ekathimerini.com/225932/article/ekathimerini/news/videos-show-turkish-ship-ramming-greek-vessel-off-imia
(8) http://www.ekathimerini.com/226334/article/ekathimerini/news/two-greek-troops-held-in-turkey-for-accidentally-crossing-the-border; http://www.amna.gr/en/article/236291/Turkish-court-refuses-request-to-release-Greek-soldiers-until-trial
(9) http://cyprus-mail.com/2018/02/23/turkish-warships-force-eni-drillship-off-course/
(10) http://www.bbc.com/news/world-middle-east-43457214
(11) http://www.hri.org/docs/unzyp_e.html

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2018Avviż legali