Proċedura : 2018/2600(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000054/2018

Testi mressqa :

O-000054/2018 (B8-0022/2018)

Dibattiti :

PV 31/05/2018 - 4
CRE 31/05/2018 - 4

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 191kWORD 18k
17 ta' Mejju 2018
O-000054/2018
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000054/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Cecilia Wikström, f'isem il-Kumitat għall-Petizzjonijiet

 Suġġett: Risposti għal petizzjonijiet dwar il-ġlieda kontra l-prekarjetà u l-użu abbużiv ta' kuntratti għal żmien determinat
 Tweġiba fil-plenarja 

Wara li kkunsidra l-għadd kbir ta' petizzjonijiet li rċieva l-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar il-prekarjetà u l-użu abbużiv ta' kuntratti għal żmien determinat fir-relazzjonijiet tax-xogħol, fis-settur pubbliku u f'dak privat, u l-eżitu tas-seduta ta' smigħ dwar dan is-suġġett li saret fit-22 ta' Novembru 2017, tista' l-Kummissjoni twieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:

Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-liġi tal-UE hija implimentata b'mod korrett fir-rigward tal-protezzjoni tal-ħaddiema?

Tista' l-Kummissjoni tixħet dawl fuq il-kwistjoni tal-kompatibilità ta' kuntratti ta' żero sigħat, użati f'xi Stati Membri, mal-leġiżlazzjoni tal-UE, inkluża d-Direttiva dwar Xogħol Part-time?

Il-Kummissjoni x'azzjoni qiegħda tieħu sabiex tiżgura l-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar ix-xogħol, u biex tindirizza l-użu abbużiv ta' kuntratti għal żmien determinat u forom ta' impjiegi prekarji, bħal kuntratti ta' żero sigħat, kif deskritti fil-petizzjonijiet?

B'liema mod il-Kummissjoni qiegħda attwalment tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva dwar Xogħol fuq Terminu Fiss kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat?

Il-Kummissjoni kif qiegħda tippjana li l-proposta għal direttiva dwar kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-UE tista' ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol billi żżid il-prevedibilità u s-sostenibilità tal-impjieg?

X'miżuri qiegħda tieħu l-Kummissjoni minbarra d-direttiva proposta sabiex ittejjeb il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar ix-xogħol u biex jitħarsu aħjar id-drittijiet tal-ħaddiema, filwaqt li jitqiesu l-kompetenzi tal-UE u l-prinċipju tas-sussidjarjetà?

X'inhi s-sitwazzjoni attwali tal-proċedimenti ta' ksur kurrenti msemmija fil-petizzjonijiet dwar ksur tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar ix-xogħol?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Mejju 2018Avviż legali