Proċedura : 2018/2707(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000055/2018

Testi mressqa :

O-000055/2018 (B8-0029/2018)

Dibattiti :

PV 13/06/2018 - 19
CRE 13/06/2018 - 19

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 192kWORD 17k
17 ta' Mejju 2018
O-000055/2018
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000055/2018
lill-Kunsill
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Cecilia Wikström, f'isem il-Kumitat għall-Petizzjonijiet

 Suġġett: It-titjib tat-tagħlim tal-lingwi u r-rikonoxximent reċiproku tal-kompetenzi lingwistiċi fl-UE
 Tweġiba fil-plenarja 

L-UE ilha tippromwovi t-tagħlim tal-lingwi fid-dawl ta' fehim reċiproku u mobilità dejjem akbar fi ħdan l-Istati Membri billi ssostni u tissupplimenta azzjonijiet u kooperazzjoni bejn is-sistemi tal-edukazzjoni nazzjonali. Il-Parlament qiegħed jieħu nota bis-serjetà tal-petizzjonijiet li fihom iċ-ċittadini tal-UE, li qegħdin igawdu mil-libertà tagħhom li jgħixu fi Stat Membru li jkun differenti minn tagħhom, iqajmu tħassib dwar in-nuqqas ta' tagħlim u ta' rikonoxximent tal-ħiliet lingwistiċi fil-lingwa materna. Għaldaqstant nitolbu lill-Kunsill jelabora fuq dawn il-kwistjonijiet li ġejjin:

1. Liema azzjonijiet ħa l-Kunsill biex isostni lill-Istati Membri ħalli jtejbu r-rikonoxximent reċiproku tal-kompetenzi lingwistiċi fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, fuq il-bażi tal-livelli eżistenti skont il-Qafas Komuni Ewropew ta' Referenza għal-Lingwi?

2. Kif jivvaluta l-Kunsilli l-valur miżjud tat-tagħlim tal-lingwi uffiċjali tal-UE, u speċifikament ir-rakkomandazzjoni ta' "lingwa materna + 2", fl-kuntest tal-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni fl-UE, u b'mod aktar partikolari tal-istimolu tal-imprenditorija, l-opportunitajiet ta' impjieg u l-konservazzjoni tad-diversitajiet kulturali fl-Unjoni?

3. Il-Kunsill għandu għad-dispożizzjoni tiegħu data reċenti u preċiża rigward opportunitajiet ta' valutazzjoni tal-lingwi u r-rikonoxximent tal-eżamijiet, tad-diplomi jew taċ-ċertifikati tal-lingwa fil-lingwi uffiċjali tal-UE li mhumiex l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, l-Ispanjol u t-Taljan? L-UE kif tista' ssostni ulterjorment lill-istituti edukattivi li joffru korsijiet fil-lingwi uffiċjali tal-UE liċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fi Stat Membru li jkunux tagħhom?

4. Liema miżuri biħsiebu l-Kunsill jieħu fiż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni biex jiżviluppa sistema online ta' rikonoxximent u konvalida transnazzjonali taċ-ċertifikati tal-lingwa tal-UE għall-iskopijiet tad-diplomi li jattestaw il-kompletament tal-istudji skolastiċi bil-għan li tkun iffaċilitata l-aċċessibbiltà għall-edukazzjoni għolja fl-UE kollha?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Mejju 2018Avviż legali