Proċedura : 2018/2779(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000058/2018

Testi mressqa :

O-000058/2018 (B8-0035/2018)

Dibattiti :

PV 02/07/2018 - 13
PV 05/07/2018 - 11

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 201kWORD 17k
30 ta' Mejju 2018
O-000058/2018
Interpellanza maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu O-000058/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 130b tar-Regoli ta’ Proċedura
Marijana Petir, Alojz Peterle, Anna Záborská, Franc Bogovič, Michaela Šojdrová, Ivana Maletić, Željana Zovko, Elisabetta Gardini, Lorenzo Cesa, Jan Olbrycht, Miroslav Mikolášik, Lars Adaktusson, Luigi Morgano, Arne Gericke, Alberto Cirio, Fulvio Martusciello, Tomáš Zdechovský, Mihai Ţurcanu, Massimiliano Salini, Jadwiga Wiśniewska, Laima Liucija Andrikienė, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Ivica Tolić, Pavel Svoboda, Seán Kelly, Peter Liese, Karl-Heinz Florenz, Kinga Gál, Heinz K. Becker, Tunne Kelam, Bendt Bendtsen, Czesław Adam Siekierski, Norbert Erdős, Giovanni La Via, Fernando Ruas, Ivan Štefanec, Othmar Karas, Paul Rübig, Nuno Melo, Annie Schreijer-Pierik, Angelika Niebler, Patricija Šulin

 Suġġett: Interpellanza maġġuri - Ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem tan-nisa fil-Pakistan

Fl-10 ta' April 2018, intelfa' aċtu fuq Asma Yacoob, mara Nisranija ta' 25 sena, qabel ma ingħatat in-nar minn raġel Musulman, Rizwan Gujjar, ta' 30 sena, wara li hija rrifjutat li tikkonverti għall-Iżlam u tiżżewġu. Minħabba s-severità tal-ġrieħi tagħha, mietet fl-isptar.

Il-każ ta' Yacoob huwa biss eżempju wieħed ta' kif jiġu ttrattati l-bniet Insara fil-Pakistan. Abbażi tal-valutazzjoni GSP+ tal-UE dwar il-Pakistan(1), l-għadd ta' ħtif ta' persuni, stupri u konverżjonijiet furzati, li l-parti l-kbira tal-vittmi huma nisa u tfajliet taħt l-età, huwa stmat għal madwar 1 000 fis-sena. Il-vjolenza severa kontra l-Insara tvarja minn omiċidji għal vjolenza sesswali, vjolenza domestika, attakki bl-aċtu, ħtif ta' persuni u fastidju. L-assemblea provinċjali ta' Sindh, fejn iseħħu l-parti l-kbira ta' dawn il-każijiet, ħadet pass importanti sabiex tindirizza din il-problema billi adottat l-Att dwar il-Ħarsien tal-Minoranzi. Madankollu, minħabba protesti minn gruppi reliġjużi konservattivi, l-att għadu ma ġiex ippromulgat.

Il-Kummissjoni kif qed tiżgura l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta' vjolenza u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem tan-nisa, b'mod speċjali dawk in-nisa Insara u nisa li jappartjenu għal minoranzi oħra?

Il-Kummissjoni se tikkunsidra dawn il-fatti u tikkunsidra mill-ġdid il-pożizzjoni tal-Pakistan fi ħdan il-GSP+?

(1) http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2018/january/tradoc_156544.pdf

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Ġunju 2018Avviż legali