Proċedura : 2018/2589(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000064/2018

Testi mressqa :

O-000064/2018 (B8-0037/2018)

Dibattiti :

PV 12/09/2018 - 14
CRE 12/09/2018 - 14

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 196kWORD 19k
11 ta' Ġunju 2018
O-000064/2018
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000064/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Lukas Mandl, Christel Schaldemose, Mark Demesmaeker, Anneli Jäätteenmäki, Lynn Boylan, Davor Škrlec, Piernicola Pedicini, Joëlle Mélin, f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

 Suġġett: Alternattivi li jindirizzaw l-interfaċċa bejn il-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, dwar il-prodotti u dwar l-iskart
 Tweġiba fil-plenarja 

Il-Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari jinkludi ż-żewġ objettivi li ġejjin, wieħed marbut mal-politika dwar l-iskart u l-ieħor mal-politika dwar is-sustanzi kimiċi (politiki li sikwit jitqiesu bħala l-antiteżi ta' xulxin): li jiġi ffaċilitat ir-riċiklaġġ u jiżdied l-użu tal-materja prima sekondarja; li jiġu sostitwiti s-sustanzi kimiċi ta' tħassib u, meta dan ma jkunx possibbli, li titnaqqas il-preżenza tagħhom u jissaħħaħ it-traċċar tagħhom.

Fis-16 ta' Jannar 2018, il-Kummissjoni adottat sett ġdid ta' miżuri għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari, fosthom Komunikazzjoni u Dokument ta' Ħidma tal-Persunal li jakkumpanjaha dwar l-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-ekonomija ċirkolari: alternattivi li jindirizzaw l-interfaċċa bejn il-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, dwar il-prodotti u dwar l-iskart (COM(2018)0032 u SWD(2018)0020).

L-għan ta' din il-Komunikazzjoni hu l-promozzjoni ta' diskussjoni wiesgħa fl-Unjoni dwar kif jistgħu jiġu indirizzati l-elementi ewlenin identifikati fl-interfaċċa bejn il-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, dwar il-prodotti u dwar l-iskart. Il-punt tat-tluq tal-Komunikazzjoni hu li l-preżenza ta' ċerti sustanzi kimiċi tista' tfixkel ir-riċiklaġġ u r-riutilizzazzjoni. Hija tesplora erba' kwistjonijiet prinċipali identifikati fil-mod kif il-leġiżlazzjonijiet rigward is-sustanzi kimiċi, il-prodotti u l-iskart jaħdmu flimkien u kif dawn qed ifixklu l-iżvilupp tal-ekonomija ċirkolari. Dawn il-kwistjonijiet huma: informazzjoni insuffiċjenti dwar sustanzi kimiċi ta' tħassib fil-prodotti u l-iskart; preżenza ta' sustanzi kimiċi ta' tħassib f'materjali riċiklati; inċertezzi dwar kif materjal ma jibqax skart; u diffikultajiet fl-applikazzjoni tal-metodoloġiji tal-UE dwar il-klassifikazzjoni tal-iskart, b'impatt fuq ir-riċiklabbiltà tal-materjali (materja prima sekondarja). Il-Komunikazzjoni tipprova tippromwovi diskussjoni dwar kif jistgħu jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet.

Fid-dawl tal-fatt li m'hemmx dubju li tenħtieġ azzjoni rapida biex jiġu indirizzati dawn il-problemi ta' "interfaċċa":

– Il-Kummissjoni x'miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi biħsiebha tieħu sabiex tindirizza l-kwistjonijiet ewlenin identifikati fl-interfaċċa bejn il-leġiżlazzjonijiet dwar is-sustanzi kimiċi, dwar il-prodotti u dwar l-iskart, filwaqt li jinżammu l-istandards għoljin minquxa fid-dritt tal-UE dwar is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza u l-ambjent?

– X'inhi l-iskeda ta' żmien għal dawn il-miżuri?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Ġunju 2018Avviż legali