Proċedura : 2018/2851(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000072/2018

Testi mressqa :

O-000072/2018 (B8-0401/2018)

Dibattiti :

PV 01/10/2018 - 17
CRE 01/10/2018 - 17

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 197kWORD 18k
25 ta' Ġunju 2018
O-000072/2018
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000072/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Malin Björk, f'isem il-Grupp GUE/NGL
Tanja Fajon, f'isem il-Grupp S&D
Petras Auštrevičius, Sophia in 't Veld, Marietje Schaake, f'isem il-Grupp ALDE
Terry Reintke, f'isem il-Grupp Verts/ALE

 Suġġett: L-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-Kunsill għall-persuni LGBTI, fir-rigward tas-sitwazzjoni fiċ-Ċeċenja
 Tweġiba fil-plenarja 

Il-linji gwida tal-UE għall-persuni LGBTI huma għodda ewlenija għall-ġlieda kontra l-persekuzzjoni ta' persuni LGBTI barra l-UE, u jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet tal-bniedem tal-persuni LGBTI, madwar id-dinja.

Matul l-aħħar sena, seħħew, b'mod estensiv, diversi persekuzzjonijiet ta' persuni (meqjusa) LGBT, b'mod partikolari fiċ-Ċeċenja u l-Ażerbajġan. Minn April 2018 għaddiet sena mindu l-gazzetta Russa Novaya Gazeta rrappurtat li mill-inqas 100 raġel ġew detenuti f'ħabsijiet mhux uffiċjali fuq is-suspett li kienu LGBT fiċ-Ċeċenja, ir-Russja, u ġarrbu atti serji ta' tortura u umiljazzjoni.

Iżda minkejja x-xhieda kbira minn aktar minn 100 vittma, inkluża waħda rilaxxata pubblikament, għad trid issir investigazzjoni indipendenti u trasparenti, filwaqt li l-awtoritajiet Ċeċeni qed ikomplu bid-diskors ta' mibegħda kontra l-persuni LGBT.

– Liema passi ħadet il-Kummissjoni matul is-sena li għaddiet biex issolvi din il-kriżi attwali?

– B'mod aktar speċifiku, x'għamlet il-Kummissjoni biex tappoġġa s-soċjetà ċivili u l-gvern fir-Russja biex jingħata bidu għal investigazzjoni trasparenti u indipendenti, u biex toffri appoġġ adegwat u rimedji għall-vittmi?

– Il-Kummissjoni kif qed tiżgura r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni LGBTI, fir-Russja u bnadi oħra, fir-rigward tal-Linji Gwida tal-UE dwar l-LGBTI?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Ġunju 2018Avviż legali