Proċedura : 2018/2774(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000088/2018

Testi mressqa :

O-000088/2018 (B8-0417/2018)

Dibattiti :

PV 15/11/2018 - 3
CRE 15/11/2018 - 3

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 198kWORD 17k
29 ta' Awwissu 2018
O-000088/2018
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000088/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Alojz Peterle, Daciana Octavia Sârbu, Jadwiga Wiśniewska, Frédérique Ries, Merja Kyllönen, Michèle Rivasi, Mireille D'Ornano, Sylvie Goddyn, f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

 Suġġett: Il-marda ta' Lyme (Borreljożi)
 Tweġiba fil-plenarja 

Il-marda ta' Lyme hija l-aktar marda komuni u prevalenti li tiġi mill-qurdien fl-Ewropa. Din l-infezzjoni batterika tista' taffettwa s-sistema nervuża, u madwar 10 % ta' dawk infettati qegħdin f'riskju li jiżviluppaw marda tas-sistema nervuża ċentrali. Il-borreljożi ta' Lyme tista' tiġi trattata bl-antibijotiċi, għalkemm ma hemm l-ebda tilqima liċenzjata attwalment disponibbli kontra din il-marda għal skopijiet ta' prevenzjoni. Barra minn hekk, m'hemm l-ebda deskrizzjoni preċiża tal-epidemjoloġija tal-marda ta' Lyme fl-Unjoni Ewropea, u l-borreljożi ta' Lyme mhijiex fil-lista ta' mard li jittieħed kopert minn sorveljanza epidemjoloġika. B'riżultat ta' dan, hemm nuqqas ta' omoġenjetà fis-sistema ċentralizzata għall-ġbir, għar-rapportar u għall-koordinazzjoni ta' data dwar il-borreljożi ta' Lyme.

1. Il-Kummissjoni se tinkludi l-marda ta' Lyme fil-lista Ewropea tal-mard li jittieħed?

2. Il-Kummissjoni se tiżviluppa programm ta' sorveljanza tal-UE biex tiġi miġġielda l-marda ta' Lyme?

3. X'miżuri qed tieħu attwalment il-Kummissjoni sabiex tiżdied il-kuxjenza pubblika dwar il-marda ta' Lyme? X'miżuri biħsiebha tieħu fil-futur?

4. Tista' l-Kummissjoni tispjega kif se ttejjeb il-metodi ta' ġbir tad-data relatati mal-iskrining u mat-trattament amministrat fl-Istati Membri kontra din il-marda?

5. X'azzjonijiet konkreti qed tippjana l-Kummissjoni sabiex tarmonizza l-prattiki tat-trattament fl-UE u biex tiffaċilita d-dijanjożi korretta u l-iskrining tal-marda ta' Lyme?

6. Il-Kummissjoni se żżid il-finanzjament għal riċerka ffukata fuq il-metodi ta' dijanjożi tal-marda ta' Lyme, kif ukoll għall-iżvilupp ta' tilqima u ta' trattament bil-batterjofagi?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Awwissu 2018Avviż legali