Proċedura : 2018/2598(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000090/2018

Testi mressqa :

O-000090/2018 (B8-0412/2018)

Dibattiti :

PV 22/10/2018 - 13
CRE 22/10/2018 - 13

Votazzjonijiet :

PV 25/10/2018 - 13.14

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 194kWORD 18k
29 ta' Awwissu 2018
O-000090/2018
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000090/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Adina-Ioana Vălean, Peter Liese, Jo Leinen, Jadwiga Wiśniewska, Gerben-Jan Gerbrandy, Bas Eickhout, Estefanía Torres Martínez, f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

 Suġġett: Il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima 2018 f'Katowice, il-Polonja (COP24)
 Tweġiba fil-plenarja 

X'azzjonijiet qed tieħu l-Kummissjoni biex tiżgura li l-Konferenza COP24 dwar it-Tibdil fil-Klima f'Katowice tagħmel passi sinifikanti 'l quddiem lejn:

1. Il-finalizzazzjoni b'suċċess tal-ħidma dwar il-Programm ta' Ħidma u l-Ġabra ta' Regoli tal-Ftehim ta' Pariġi u t-twettiq tal-ewwel miż-żewġ eżerċizzji ta' rendikont ta' qabel l-2020 maqbula f'Bonn;

2. L-implimentazzjoni tad-djalogu ta' Talanoa, kif maqbul f'Bonn, u jinsiltu konklużjonijiet mill-ewwel ċiklu ta' rapportar min-naħa tal-Partijiet u l-partijiet interessati, u

3. Iż-żieda fil-mobilizzazzjoni tal-finanzjament għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima lejn il-mira konġunta ta' USD 100 biljun fis-sena sal-2020, kif ukoll li jiġi żgurat li l-flussi finanzjarji annwali huma konsistenti mal-ambizzjonijiet fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Awwissu 2018Avviż legali