Proċedura : 2018/2858(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000095/2018

Testi mressqa :

O-000095/2018 (B8-0410/2018)

Dibattiti :

PV 04/10/2018 - 12
CRE 04/10/2018 - 12

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 205kWORD 19k
6 ta' Settembru 2018
O-000095/2018
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000095/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Karin Kadenbach, Georges Bach, Catherine Bearder, Dominique Bilde, Richard Corbett, Miriam Dalli, Isabella De Monte, Jørn Dohrmann, Pascal Durand, Stefan Eck, Eleonora Evi, John Flack, Jacqueline Foster, Eugen Freund, Arne Gericke, Michela Giuffrida, Karoline Graswander-Hainz, Jytte Guteland, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Maria Heubuch, John Howarth, Jude Kirton-Darling, Jeppe Kofod, Zdzisław Krasnodębski, Jean Lambert, Jo Leinen, Arne Lietz, Edouard Martin, Alex Mayer, Ana Miranda, Marlene Mizzi, Maria Noichl, Younous Omarjee, Massimo Paolucci, Sirpa Pietikäinen, Pavel Poc, Evelyn Regner, Pirkko Ruohonen-Lerner, Davor Škrlec, Bart Staes, Keith Taylor, Thomas Waitz, Josef Weidenholzer

 Suġġett: It-trattament xieraq tal-annimali, l-użu tal-antimikrobiċi, u l-impatt ambjentali tat-trobbija industrijali tat-tiġieġ tas-simna
 Tweġiba fil-plenarja 

Id-Direttiva 2007/43/KE tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam. Madankollu, ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-impatt ta' din id-Direttiva dwar it-trattament xieraq tal-annimali ma rnexxielu juri l-ebda titjib sinifikanti, u wera li l-infurzar huwa, fl-aħjar ipoteżi, inkonsistenti fl-Istati Membri. Ir-realtà ħarxa hija li t-tiġieġ tas-simna jitrabbew bl-għexieren tal-eluf f'barrakki ħawli, fuq mifrex niedi, u mingħajr ebda possibbiltà li jġibu ruħhom b'mod naturali bħal tperriċ, sottostrati ta' arrikkiment għat-tnaqqir, jew tgawdija ta' dawl naturali. Barra minn hekk, id-Direttiva ma tindirizzax il-konsegwenzi negattivi fuq it-trattament xieraq tal-annimali li jirriżultaw direttament minn għażla għal tkabbir rapidu, problema li ġiet enfasizzata minn diversi opinjonijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) kif ukoll f'rapport tal-Kummissjoni. Dawn il-kundizzjonijiet foqra ta' spiss jirrikjedu trattamenti b'antibijotiċi għall-massa biex jipprevjenu jew jikkontrollaw il-firxa tal-mard, li hija ta' tħassib serju għas-saħħa pubblika. Ħafna razez ta' patoġeni tat-tjur li kapaċi joħolqu mard serju fil-bnedmin issa qed juru reżistenza għall-antibijotiċi użati fil-produzzjoni tat-tjur, kif inhu l-każ għal Campylobacter spp. u Salmonella spp. Reċentement, l-EFSA ddefiniet ir-reżistenza għal numru ta' mediċini, f'razez ta' E.coli li jinstabu fit-tjur u fil-laħam tat-tjur, bħala estremament inkwetanti.

Fl-istess ħin, rapport reċenti ħafna mill-Greenpeace jidentifika l-produzzjoni industrijali tat-tjur bħala kontributur ewlieni tat-tniġġis tal-ammonja fl-arja, fil-ħamrija u fl-ilma u jistieden lill-Kummissjoni twaqqaf is-sussidji ta' farms kbar u tittrasferihom lejn sistemi u prattiki aktar sostenibbli. Qed isiru sforzi min-naħa tal-industrija tat-tjur biex tnaqqas l-użu antimikrobiku u l-impatt ambjentali, imma jekk inħarsu lejn is-settur mill-perspettiva ta' "One Health" u "One Welfare", huwa ċar li approċċ komprensiv huwa urġentement meħtieġ biex l-industrija tat-tjur issir iktar sostenibbli u tiffavorixxi t-trattament xieraq tal-annimali, filwaqt li żżomm ukoll il-vijabbiltà ekonomika tagħha.

F'dan il-kuntest, aħna napprezzaw tweġibiet mill-Kummissjoni għall-mistoqsijiet li ġejjin:

1. Il-Kummissjoni biħsiebha tieħu azzjoni deċiżiva biex ittejjeb l-infurzar tad-Direttiva dwar il-Brojlers (tiġieġ tas-simna), speċifikament fir-rigward tal-użu sistematiku u konsistenti ta' indikaturi armonizzati bbażati fuq l-annimali għat-titjib tat-trattament xieraq tal-annimali fuq il-farms?

2. X'azzjonijiet tipprevedi l-Kummissjoni biex tappoġġja sistemi alternattivi ta' produzzjoni tat-tiġieġ – pereżempju dawk li jużaw razez bi trattament xieraq ogħla, densitajiet tal-istokk iżgħar, arrikkimenti ambjentali, aċċess għal dawl naturali u/jew kompartimenti fil-beraħ, u kwalità aħjar tal-arja – meta wieħed iqis li dawn is-sistemi jistgħu jgħinu biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonja u jnaqqsu l-ħtieġa għall-użu indiskriminat ta' antimikrobiċi, kif ukoll għat-titjib tat-trattament xieraq tal-annimali?

3. Il-Kummissjoni meta se tippubblika r-rapport dwar l-effetti soċjoekonomiċi tal-metodu obbligatorju ta' tikkettar tal-produzzjoni għal-laħam tat-tiġieġ previst fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2007/43/KE?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Settembru 2018Avviż legali