Proċedura : 2018/2791(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000116/2018

Testi mressqa :

O-000116/2018 (B8-0414/2018)

Dibattiti :

PV 22/10/2018 - 13
CRE 22/10/2018 - 13

Votazzjonijiet :

PV 25/10/2018 - 13.15

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 197kWORD 18k
5 ta' Ottubru 2018
O-000116/2018
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000116/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Norbert Lins, Guillaume Balas, Jadwiga Wiśniewska, Gerben-Jan Gerbrandy, Benedek Jávor, Anja Hazekamp, Piernicola Pedicini, Jean-François Jalkh, f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

 Suġġett: L-14-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (COP14)
 Tweġiba fil-plenarja 

Fid-dawl tat-tnaqqis rekord li qed tiffaċċja l-bijodiversità bħalissa – u anke fid-dawl tal-possibbiltà li, għal darb'oħra, il-biċċa l-kbira tal-miri tal-2020 ma jintlaħqux – l-14-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (COP14), li se ssir f'Sharm-el-Sheikh, l-Eġittu, bejn is-17 u d-29 ta' Novembru 2018, se tkun partikolarment essenzjali. Il-Partijiet se janalizzaw il-Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità 2011-2020 attwali, u se jippruvaw jistabbilixxu viżjoni fit-tul u jħejju l-qafas globali tal-bijodiversità għal wara l-2020.

F'dan il-kuntest, napprezzaw jekk il-Kummissjoni twieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:

1. X'azzjoni qed tippjana li tieħu bil-ħsieb li jiżdiedu l-isforzi biex jintlaħqu l-miri tal-Pjan Strateġiku 2011-2020?

2. Bl-iskop li ma tibqax tintilef aktar bijodiversità, beħsiebha tipproponi mekkaniżmu ta' implimentazzjoni aktar b'saħħtu għall-qafas ta' wara l-2020?

3. Se tipproponi għodod ta' responsabbiltà aktar b'saħħithom – b'mod partikolari għall-Istrateġiji u l-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali dwar il-Bijodiversità – biex titjieb il-governanza u jiġu ffaċilitati l-iżvilupp, ir-reviżjoni u l-implimentazzjoni tal-miri ta' wara l-2020 u s-suċċess ta' Viżjoni 2050?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Ottubru 2018Avviż legali