Proċedura : 2018/2685(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000117/2018

Testi mressqa :

O-000117/2018 (B8-0418/2018)

Dibattiti :

PV 29/11/2018 - 5
CRE 29/11/2018 - 5

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 191kWORD 17k
12 ta' Ottubru 2018
O-000117/2018
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000117/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Rosa Estaràs Ferragut, f'isem il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

 Suġġett: Is-sitwazzjoni ta' nisa b'diżabilità
 Tweġiba fil-plenarja 

L-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Istati Membri tagħha, huma Partijiet għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD). L-Artikolu 4 tas-CPD jirrikjedi li l-Istati Partijiet 'jadottaw miżuri leġiżlattivi, amministrattivi u miżuri oħra adegwati għall-implimentazzjoni tas-CRPD'. Id-dritt u l-opportunità għal persuni b'diżabilità li jivvutaw u jiġu eletti huma mnaqqxa fl-Artikoli 12 u 29 tas-CRPD.

Fl-Ewropa hemm 80 miljun persuna b'diżabilità (16 % tal-popolazzjoni Ewropea), b'madwar 46 miljun minnhom nisa u bniet, li bejn wieħed u ieħor jirrappreżentaw 16 % tal-popolazzjoni femminili. Wieħed minn kull erba' Ewropej għandu membru tal-familja b'diżabilità. Skont ix-xejriet demografiċi attwali, sal-2020 l-għadd ta' persuni b'diżabilità se jiżdied minn 80 miljun għal 120 miljun. Aktar data diżaggregata skont il-ġeneru għadha meħtieġa.

1. Il-Kummissjoni se tiżgura l-adozzjoni ta' strateġija Ewropea dwar id-diżabilità 2020-2030 li tkopri d-dispożizzjonijiet kollha tas-CRPD, tkun integrata fis-segwitu -għall-istrateġija Ewropa għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, b'attenzjoni partikolari għas-sitwazzjoni tan-nisa u l-bniet b'diżabilità?

2. Il-Kummissjoni kif se tiżgura l-ġbir ta' data diżaggregata skont il-ġeneru sabiex tidentifika l-forom ta' diskriminazzjoni multipla intersettorjali li jaffaċċjaw in-nisa u l-bniet b'diżabilità?

3. Fid-dawl tal-elezzjonijiet Ewropej li jmiss, x'passi konkreti ħadet il-Kummissjoni biex in-nisa b'diżabilità jkunu jistgħu jivvutaw u joħorġu għall-elezzjoni, kif iddikjarat fl-Azzjoni 2 ("Parteċipazzjoni") tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Ottubru 2018Avviż legali