Proċedura : 2018/2775(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000122/2018

Testi mressqa :

O-000122/2018 (B8-0001/2019)

Dibattiti :

PV 12/02/2019 - 24
CRE 12/02/2019 - 24

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 208kWORD 18k
12 ta' Novembru 2018
O-000122/2018
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000122/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Dubravka Šuica, Guillaume Balas, Urszula Krupa, Catherine Bearder, Estefanía Torres Martínez, Martin Häusling, Piernicola Pedicini, f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

 Suġġett: L-użu tal-kannabis għal finijiet mediċi
 Tweġiba fil-plenarja 

Rieżami tal-letteratura xjentifika eżistenti dwar is-suġġett tal-kannabis għall-użu mediku jipprovdi evidenza konklużiva jew sostanzjali li l-kannabis u l-kannabinojdi għandhom effetti terapewtiċi: huma jittrattaw l-uġigħ kroniku fl-adulti, jaħdmu bħala antiemetiku meta jittrattaw in-nawżja u r-remettar ikkawżati mill-kimoterapija, u jtejbu s-sintomi ta' spastiċità fil-muskoli fl-isklerożi multipla. Barra minn hekk, f'Diċembru 2017 id-WHO uffiċjalment irrakkomandat li l-kompost tal-kannabis kannabidjol (CBD) m'għandux jiġi kklassifikat internazzjonalment bħala sustanza kkontrollata. Mediċina waħda bbażata fuq il-kannabis ġiet awtorizzata permezz tal-proċedura ta' rikonoxximent reċiproku u kkummerċjalizzata fi 17-il Stat Membru, iżda l-ebda Stat Membru ma awtorizza t-tipjip tal-kannabis għal finijiet mediċi minħabba li t-tipjip jista' jikkawża riskji għas-saħħa. Il-kwistjoni tal-użu mediku tal-kannabis sikwit issib ruħha assoċjata mal-użu tal-kannabis bħala droga rikreazzjonali, li għandha titqies bħala kwistjoni separata. Is-sitwazzjoni regolatorja qiegħda tinbidel b'rata mgħaġġla kemm fl-UE kif ukoll madwar id-dinja. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq:

-X'azzjonijiet ħadet il-Kummissjoni biex tappoġġja riċerka ta' kwalità fil-mediċini bbażati fuq il-kannabis? X'azzjonijiet qed tippjana li tieħu l-Kummissjoni għar-riċerka futura, u kemm huwa l-finanzjament li qed tippjana li talloka għal din ir-riċerka fil-Programm ta' Qafas 9 li jmiss (Orizzont Ewropa)? Il-Kummissjoni tqis li l-ambjent regolatorju madwar l-UE huwa tali li jwassal għal riċerka ta' kwalità dwar il-kannabis għall-użu mediku?

-Anki fl-Istati Membri fejn il-kannabis għall-użu mediku hija legali, il-kundizzjonijiet għall-aċċess, ir-riċetti, ix-xiri, l-ipprezzar, ir-rifużjoni - barra mil-livell ta' għarfien fost il-professjonisti tal-kura tas-saħħa dwar l-użu ta' dawn il-mediċini - ivarjaw ħafna u jikkostitwixxu sfida għall-pazjenti. Il-Kummissjoni tqis li għandha ttejjeb l-aċċess tal-pazjenti għall-kannabis għall-użu mediku?

-Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tistabbilixxi standards għall-kannabis għall-użu mediku mhux farmaċewtika sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-konsumaturi? Il-Kummissjoni wettqet investigazzjoni dwar liema limitu ta' tetraidrokannabinol (THC) preżenti fil-kannabis għall-użu mediku jkun xieraq għall-ħarsien tal-konsumaturi?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Novembru 2018Avviż legali