Proċedura : 2019/2513(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000123/2018

Testi mressqa :

O-000123/2018 (B8-0002/2019)

Dibattiti :

PV 31/01/2019 - 3
CRE 31/01/2019 - 3

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 198kWORD 18k
20 ta' Novembru 2018
O-000123/2018
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000123/2018
lill-Kunsill
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Iratxe García Pérez, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Evelyn Regner, Anna Hedh, f'isem il-Grupp S&D

 Suġġett: Proposta għal direttiva dwar in-nisa fuq bordijiet
 Tweġiba fil-plenarja 

F'Novembru 2012, il-Kummissjoni ppubblikat proposta għal direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'boroż, l-hekk imsejħa proposta dwar "In-Nisa fuq il-Bordijiet". Dan kien ir-riżultat ta' talba li l-Parlament Ewropew ilu li għamel biex jitlob lill-Kummissjoni tieħu azzjoni. Il-proposta stabbiliet l-għan ta' minimu ta' 40 % ta' membri mhux eżekuttivi tas-sess l-anqas rappreżentat fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, li għandu jinkiseb sal-2020 fis-settur privat u sal-2018 fis-settur pubbliku (l-hekk imsejħa "kwota proċedurali").

Nemmnu li din id-direttiva hija għodda importanti ħafna biex jinkiseb bilanċ akbar bejn is-sessi fit-teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi fl-ogħla livell u, kif jidher minn diversi studji, biex tittejjeb il-kompetittività tal-kumpaniji billi jiġi sfruttat it-talent soċjali kollu.

Il-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva, b'maġġoranza sostanzjali ta' partiti trasversali f'Novembru 2013. Fil-pożizzjoni tiegħu, il-Parlament adotta ftit ħafna bidliet sabiex jindika lill-Kunsill li jista' jilħaq ftehim dwar il-proposta. Minħabba r-riżervi ta' bosta Stati Membri, madankollu, għadu ma ntlaħaq l-ebda ftehim u l-proposta sadanittant ġiet imblukkata fil-Kunsill.

F'dawn l-aħħar snin, l-aġenda tal-ugwaljanza ggwadanjat enerġija u saħħa mġedda f'ħafna Stati Membri, u l-kompożizzjoni tal-gvernijiet tal-Istati Membri li qabel kellhom dubji nbidlet. Pereżempju, il-Gvern Spanjol dan l-aħħar ħabbar lill-Presidenza Awstrijaka li se jirtira r-riżervi tiegħu dwar il-proposta u offra li jaħdem b'mod attiv mas-sħab tal-UE biex jilħaq maġġoranza suffiċjenti lejn ftehim.

Il-Presidenza Awstrijaka ħadet is-suġġeriment tal-Gvern Spanjol li l-fajl "In-Nisa fuq il-Bordijiet" jitpoġġa fuq l-aġenda għall-Kunsill ta' Diċembru sabiex jintemm l-impass b'rabta mad-direttiva qabel tmiem il-mandat attwali tal-Parlament u l-ugwaljanza bejn is-sessi terġa' titqiegħed fiċ-ċentru tad-dibattitu tal-UE? Jekk le, għalfejn le? X'inhi l-aktar pożizzjoni riċenti tal-Istati Membri rigward dan il-fajl?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Novembru 2018Avviż legali