Proċedura : 2019/2514(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000125/2018

Testi mressqa :

O-000125/2018 (B8-0003/2019)

Dibattiti :

PV 31/01/2019 - 3
CRE 31/01/2019 - 3

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 191kWORD 18k
21 ta' Novembru 2018
O-000125/2018
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000125/2018
lill-Kunsill
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Heidi Hautala, Terry Reintke, f'isem il-Grupp Verts/ALE

 Suġġett: Proposta għal direttiva dwar il-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji
 Tweġiba fil-plenarja 

L-ugwaljanza bejn is-sessi hija valur fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tfisser li n-nisa jrid ikollhom l-istess opportunitajiet bħall-irġiel sabiex jilħqu pożizzjonijiet ta' tmexxija, inkluż fis-settur ekonomiku u finanzjarju. Barra minn hekk, il-valur miżjud ekonomiku u kummerċjali li n-nisa jġibu b'mod attiv fit-tmexxija korporattiva huwa rikonoxxut sew.

Il-proposta tal-Kummissjoni tal-2012 għal direttiva dwar in-nisa fuq il-bordijiet kellha l-għan li tindirizza kwistjonijiet ta' inugwaljanza billi rrikjediet minimu ta' rappreżentanza ta' 40 % tan-nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji. Għalkemm il-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu sa mill-2013, meta appoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni, id-direttiva għadha imblukkata fil-Kunsill.

L-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni dwar kwoti f'uħud mill-Istati Membri tat prova ta' suċċess. Data miġbura mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) turi, madankollu, li fl-2017 in-nisa kienu jammontaw biss għal kwart tal-membri kollha tal-bordijiet fl-akbar kumpaniji elenkati pubblikament irreġistrati fl-UE, b'diskrepanzi kbar bejn Stati Membri differenti – fejn il-preżenza tan-nisa kienet tvarja minn 7,4 % sa 43 %. Dan juri b'mod ċar li l-ħtieġa u r-rilevanza ta' direttiva Ewropea jibqgħu l-istess.

Liema passi speċifiċi se jieħu l-Kunsill biex jiżblokka din id-direttiva? L-Istati Membri kif qed jiżguraw li finalment ikun hemm kundizzjonijiet ekwi fl-UE? X'qegħdin jagħmlu biex jipprovdu ċarezza għall-kumpaniji transnazzjonali?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Novembru 2018Avviż legali