Mistoqsijiet parlamentari
PDF 200kWORD 19k
26 ta' Novembru 2018
O-000129/2018
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000129/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Nicola Caputo, Eric Andrieu, Sirpa Pietikäinen, José Inácio Faria, Martin Häusling, Frédérique Ries, Pavel Poc, Marc Tarabella, Christel Schaldemose, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Rory Palmer, Nathalie Griesbeck, Piernicola Pedicini, Virginie Rozière, Michèle Rivasi, Pascal Durand, Eva Joly, Karima Delli, Guillaume Balas, Patrick Le Hyaric, Georgios Epitideios, Stelios Kouloglou, Merja Kyllönen, Maria Noichl, Theresa Griffin, Daciana Octavia Sârbu, Enrico Gasbarra, João Ferreira, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Lynn Boylan, Anja Hazekamp, Rolandas Paksas, Marie-Pierre Vieu, Sylvie Goddyn, Momchil Nekov, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Ana Gomes, Maria Grapini, Miguel Viegas, Luke Ming Flanagan, Isabelle Thomas, Margrete Auken, Ana Miranda, Tanja Fajon, Younous Omarjee, Andrea Cozzolino, Kostas Chrysogonos, Estefanía Torres Martínez, Miltiadis Kyrkos, Mireille D'Ornano, Michela Giuffrida, Carolina Punset, João Pimenta Lopes, Pascal Arimont

 Suġġett: In-nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li tieħu miżuri urġenti dwar sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali (EDCs)

Fis-7 ta' Novembru 2018, il-Kummissjoni ppubblikat komunikazzjoni bit-titolu "Lejn qafas tal-Unjoni Ewropea dwar l-interferenti endokrinali" biex taġġorna l-Istrateġija tal-1999. Din għandha tkun ir-rispons għall-impenn tas-7 EAP favur it-tnaqqis tal-esponiment għall-EDCs sal-2015 u għall-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Diċembru 2016 fejn il-Kummissjoni ntalbet biex finalment tieħu azzjoni dwar is-sustanzi kimiċi ta' ħsara, inklużi l-EDCs, iżda d-dokument ta' 11-il paġna jonqos milli jindirizza l-ħtieġa urġenti li ċ-ċittadini tal-UE jiġu protetti mill-esponiment wiesa' għall-EDCs, b'mod partikolari l-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli, inklużi t-tfal.

Bosta Stati Membri issa adottaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom stess dwar l-EDCs.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni la jirnexxielha tipproponi miżuri ta' prekawzjoni konkreti biex tindirizza l-kwistjonijiet urġenti identifikati fil-qasam tas-saħħa, u lanqas ma jirnexxielha tagħlaq il-lakuni legali identifikati fil-proċessi ta' rieżami li saru diġà; minflok, qed terġa' tipproponi kontroll tal-idoneità ieħor.

Il-Kummissjoni meta se toħroġ bi pjan ta' azzjoni biex jibdew jitwettqu l-proposti wiesgħa msemmija fil-Komunikazzjoni u ma tibqax iddewwem l-implimentazzjoni ta' miżuri effettivi?

X'inhuma l-pjanijiet biex jiġi evitat li l-kontroll tal-idoneità jwassal għal dewmien ulterjuri fit-teħid ta' azzjoni, fid-dawl tal-fatt li diġà twettaq rieżami tal-leġiżlazzjoni rilevanti?

X'azzjonijiet konkreti hemm ippjanati biex jiġu protetti l-gruppi l-aktar vulnerabbli?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Novembru 2018Avviż legali