Proċedura : 2018/2878(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000132/2018

Testi mressqa :

O-000132/2018 (B8-0007/2019)

Dibattiti :

PV 12/02/2019 - 23
CRE 12/02/2019 - 23

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 189kWORD 18k
28 ta' Novembru 2018
O-000132/2018

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000132/2018

lill-Kunsill

Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura

Claude Moraes

f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern


  Suġġett:  Id-drittijiet tal-persuni intersesswali

 Tweġiba fil-plenarja 

Il-persuni intersesswali huma esposti għal sitwazzjonijiet multipli ta' vjolenza u diskriminazzjoni fl-Unjoni Ewropea, u dan il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem għadu fil-parti l-kbira mhux magħruf mill-pubbliku ġenerali u dawk li jfasslu l-politika. Filwaqt li l-individwi intersesswali jitwieldu b'karatteristiċi fiżiċi tas-sess li ma jikkorrispondux man-normi mediċi jew soċjali kurrenti għal ġisem femminili jew maskili, ħafna Stati Membri jeħtieġu legalment li kull min jitwieled jiġi ċċertifikat u rreġistrat bħala persuna maskili jew femminili. Il-kirurġija u t-trattamenti mediċi sikwit jitwettqu fuq tfal intersesswali mingħajr il-kunsens minn qabel, personali u sħiħ u infurmat tagħhom, u dan jaf ikollu konsegwenzi tul il-ħajja kollha, fosthom trawma psikoloġika u indeboliment fiżiku.

1.  Il-Kunsill kif biħsiebu jindirizza l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' persuni intersesswali, u jiżgura d-depatoloġizzazzjoni tagħhom?

2.  Kif biħsiebu jiżgura li ħadd ma jiġi soġġett għal trattamenti mediċi jew kirurġiċi mhux meħtieġa fl-infanzja jew fit-tfulija u jappoġġa l-adozzjoni ta' proċeduri flessibbli tar-reġistrazzjoni tat-twelid?

3.  X'passi se jieħu biex itejjeb l-iskambju tal-prattiki tajbin u jippromwovi l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni li tipproteġi b'mod adegwat id-drittijiet fundamentali tal-persuni intersesswali u tat-tfal intersesswali - inklużi t-tfal intersesswali b'diżabilità - u tiggarantixxi protezzjoni sħiħa kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-karatteristiċi tas-sess?

Imressqa: 28.11.2018

Mgħoddija: 29.11.2018

L-iskadenza għat-tweġiba: 20.12.2018

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Novembru 2018Avviż legali