Proċedura : 2018/2684(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000135/2018

Testi mressqa :

O-000135/2018 (B8-0005/2019)

Dibattiti :

PV 12/02/2019 - 21
CRE 12/02/2019 - 21

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 193kWORD 19k
29 ta' Novembru 2018
O-000135/2018

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000135/2018

lill-Kummissjoni

Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura

João Pimenta Lopes

f'isem il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi


  Suġġett:  Ir-rigressjoni attwali tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn is-Sessi fl-UE

 Tweġiba fil-plenarja 

Reċentement, id-dinja rat tendenzi li jindikaw rigressjoni dejjem tikber f'dak li jikkonċerna d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi. Id-drittijiet tax-xogħol, ekonomiċi, soċjali u kulturali ġew ipperikolati minħabba diskriminazzjoni ulterjuri kontra n-nisa u l-esklużjoni tagħhom. Ir-rata ġenerali ta' faqar u ta' qgħad fost in-nisa hija ogħla, u għad hemm differenza inkwetanti fil-pagi u fil-pensjonijiet bejn is-sessi.

Fi ħdan l-UE, l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi juri inugwaljanzi persistenti, u li sar biss progress marġinali mill-2005 sal-2015. Apparti minn ċaħda dejjem aktar mifruxa tal-inugwaljanza fl-Istati Membri (SM), saru bosta tentattivi u sforzi biex jiġu limitati d-deċiżjonijiet tan-nisa dwar ġisimhom u biex ħajjithom tiġi ristretta għal rwol aktar konservattiv. Xi netwerks għamlu kampanja b'mod partikolari kontra d-drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa, filwaqt li ppromwovew ukoll id-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra l-persuni LGBTI, b'konsegwenzi prattiċi f'xi SM. Ir-riformi fl-edukazzjoni ġew imwaqqfa, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-istudji dwar il-ġeneru u l-edukazzjoni sesswali komprensiva ġew affettwati b'mod negattiv, u b'ekk ixxekklet il-ġlieda kontra stereotipi ta' ħsara minn età żgħira.

Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa għadha kwistjoni taħraq fil-biċċa l-kbira tal-SM, u r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Istanbul għadhom mhux kompluti jew hemm riskju li jiddeterjoraw. Forom ġodda jew intensifikati ta' vjolenza qed jokkupaw l-ispazju soċjali u diġitali: id-diskors ta' mibegħda sessista, il-misoġinija u l-vjolenza online. L-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa qed jesperjenzaw diffikultajiet fl-aċċess għall-finanzjament f'xi Stati Membri minħabba kriterji restrittivi u piżijiet amministrattivi, filwaqt li jiffaċċjaw ambjent ostili aktar mifrux. Sfortunatament, qbiżna sew il-punt fejn is-sempliċi rikonoxximent ta' din it-tendenza negattiva preokkupanti huwa biżżejjed.

Liema tipi ta' miżuri qed tuża l-Kummissjoni biex tindirizza r-rigressjoni dejjem akbar? Il-Kummissjoni qed tipprova tidentifika l-kawżi ewlenin tar-rigressjoni fil-livell tal-UE? Meta jitqiesu l-evidenza u l-firxa tar-rigressjoni madwar l-SM, il-Kummissjoni biħsiebha tiżviluppa strateġija biex tiġġilidha, u biex issaħħaħ il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi b'mod ġenerali? X'inhi l-pożizzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2020? Kif qed jaħdem ma' movimenti tan-nisa fuq il-post, li spiss huma pperikolati?

Imressqa: 29.11.2018

Mgħoddija: 3.12.2018

L-iskadenza għat-tweġiba: 10.12.2018

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 3 ta' Diċembru 2018Avviż legali