Proċedura : 2018/2792(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000138/2018

Testi mressqa :

O-000138/2018 (B8-0009/2019)

Dibattiti :

PV 14/02/2019 - 18
CRE 14/02/2019 - 17
CRE 14/02/2019 - 18

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 196kWORD 18k
3 ta' Diċembru 2018
O-000138/2018

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000138/2018

lill-Kummissjoni

Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura

Julie Girling, Seb Dance, Jadwiga Wiśniewska, Catherine Bearder, Keith Taylor, Anja Hazekamp, Eleonora Evi

f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel


  Suġġett:  Ewropa li tipproteġi: Arja nadifa għal kulħadd.

 Tweġiba fil-plenarja 

It-tniġġis tal-arja jibqa' l-kawża ambjentali ewlenija ta' mewt bikrija fl-UE, bi stimi ta' aktar minn 400 000 mewta prematura fis-sena. Is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar it-tniġġis tal-arja hija għolja u ċ-ċittadini jistennew azzjoni min-naħa tal-awtoritajiet. F'dan il-kuntest, napprezzaw jekk il-Kummissjoni twieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:

1.  Attwalment l-Istati Membri jistgħu jiġu riferuti lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, iżda ħafna drabi dan iġib miegħu proċess li jieħu fit-tul. X'miżuri se tieħu l-Kummissjoni biex tħaffef il-proċedimenti ta' ksur kontra l-Istati Membri?

2.  Il-Kummissjoni temmen li d-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja fl-Ambjent (AAQD) hija adattata għall-iskop? Fl-2017 l-Kummissjoni nediet kontroll tal-idoneità tal-AAQD bir-riżultati ppjanati għal tmiem l-2019. Se jiġi propost aġġornament jekk ir-riżultati tal-kontroll tal-idoneità jitqiesu li mhumiex sodisfaċenti?

3.  Fir-rigward tad-dettalji tal-programmi taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), il-Kummissjoni kif se tindirizza l-ħtiġijiet tal-awtoritajiet reġjonali u lokali biex ikollhom aċċess għall-finanzjament, sabiex ikollhom iktar opportunitajiet li jnaqqsu l-emissjonijiet mit-trasport?

4.  Il-Kummissjoni u d-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent (DĠ Ambjent) x'miżuri se jinkorporaw fir-riforma tal-politika agrikola komuni (PAK) li jmiss biex iħeġġu lill-bdiewa jnaqqsu l-emissjonijiet, b'mod partikolari l-ammonijaka?

5.  Il-Kummissjoni biħsiebha tistudja t-tossiċità potenzjali tal-karbonju iswed, sew waħdu u sew bħala komponent ta' partikuli fini u ta' partikuli ultrafini? Il-Kummissjoni kif se tindirizza t-tħassib dejjem ikbar dwar l-impatt tal-PM1 u l-partikuli ultrafini fuq is-saħħa tal-bniedem? Il-Kummissjoni qed tippjana li twettaq studji dwar l-esponiment b'rabta mat-tħassib ta' tali tniġġis emerġenti?

Imressqa: 3.12.2018

Mgħoddija: 5.12.2018

L-iskadenza għat-tweġiba: 12.12.2018

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Diċembru 2018Avviż legali