Mistoqsijiet parlamentari
PDF 191kWORD 18k
7 ta' Diċembru 2018
O-000140/2018

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000140/2018

lill-Kummissjoni

Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura

Claude Moraes

f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern


  Suġġett:  Progress matul it-8 leġiżlatura rigward l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja

1.  Il-Kummissjoni kif tivvaluta l-progress li jkun sar matul it-8 leġiżlatura rigward l-objettiv tal-UE li "toffri liċ-ċittadini tagħha spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, li fih il-moviment liberu tal-persuni jkun assigurat flimkien ma' miżuri xierqa f'dak li jirrigwarda l-kontrolli tal-fruntieri esterni, l-asil, l-immigrazzjoni kif ukoll il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontriha"? (l-Artikolu 3(2) TUE).

2.  Kif tivvaluta l-progress li sar matul it-8 leġiżlatura rigward l-objettivi speċifiċi biex "tassigura li ma jkunx hemm kontrolli fuq persuni fil-fruntieri interni", "tiżviluppa politika komuni dwar l-asil, l-immigrazzjoni u l-kontroll fil-fruntieri esterni bbażata fuq is-solidarjetà bejn l-Istati Membri, li tkun ġusta lejn iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi" u "tagħmel ħilitha sabiex tassigura livell għoli ta' sigurtà permezz ta' miżuri ta' prevenzjoni u ta' ġlieda kontra l-kriminalità, ir-razziżmu u l-ksenofobija, permezz ta' miżuri ta' koordinazzjoni u koperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-pulizija u ġudizzjarji u awtoritajiet kompetenti oħrajn, kif ukoll permezz tar-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali u, jekk meħtieġ, permezz tal-approssimazzjoni ta' liġijiet kriminali"? (l-Artikolu 67(2) u (3) TFUE)

3.  X'inhi l-fehma tagħha rigward l-aderenza mal-valuri li fuqhom hi msejsa l-UE ta' "rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi"?. (l-Artikolu 2 TUE).

4.  Kif tivvaluta l-istruttura istituzzjonali li tiggverna l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u l-funzjonament tiegħu?

5.  Meta nħarsu lejn il-mandat parlamentari l-ġdid u l-anniversarji li jmiss bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009 u "l-istadji importanti ta' Tampere: Lejn Unjoni ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja", adottata fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fil-15 u s-16 ta' Ottubru 1999 f'Tampere, xi prijoritajiet għandha l-Kummissjoni għal miżuri ulterjuri tal-UE?

Imressqa: 7.12.2018

Mgħoddija: 11.12.2018

L-iskadenza għat-tweġiba: 18.12.2018

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Diċembru 2018Avviż legali