Proċedura : 2019/2573(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000006/2019

Testi mressqa :

O-000006/2019 (B8-0014/2019)

Dibattiti :

PV 12/02/2019 - 23
CRE 12/02/2019 - 23

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 51kWORD 19k
30 ta' Jannar 2019
O-000006/2019

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000006/2019

lill-Kummissjoni

Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura

Malin Björk

f'isem il-Grupp GUE/NGL

Tanja Fajon, Daniele Viotti

f'isem il-Grupp S&D

Sophia in 't Veld

f'isem il-Grupp ALDE

Roberta Metsola, Sirpa Pietikäinen

f'isem il-Grupp PPE

Terry Reintke

f'isem il-Grupp Verts/ALE


  Suġġett: Il-futur tal-Lista ta' Azzjonijiet LGBTI (2019-2023)

 Tweġiba fil-plenarja 

F'riżoluzzjoni adottata fl-4 ta' Frar 2014, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni taħdem fuq qafas ta' politika pluriennali biex tipproteġi d-drittijiet fundamentali tal-persuni LGBTI. F'Diċembru 2015, il-Kummissjoni ppubblikat il-Lista ta' Azzjonijiet tagħha biex tmexxi 'l quddiem l-ugwaljanza tal-persuni LGBTI, li dwarha sar rapport kull sena. Dawn ir-rapporti annwali juru b'mod ċar l-impatt li kellha l-lista f'terminu tal-effikaċja u l-viżibbiltà tal-azzjonijiet ta' politika tal-Kummissjoni dwar id-drittijiet tal-persuni LGBTI. Sabiex inkomplu nibnu fuq din l-esperjenza pożittiva u tkompli tissaħħaħ il-ħidma tal-Kummissjoni dwar id-drittijiet tal-persuni LGBTI, issa huwa kruċjali li tiġi żgurata strateġija ta' segwitu b'saħħitha u komprensiva tal-lista ta' azzjonijiet mill-2019 'il quddiem.

Id-drittijiet tal-persuni LGBTI mhumiex protetti b'mod uniformi madwar l-UE. L-UE għadha nieqsa minn protezzjoni komprensiva kontra d-diskriminazzjoni abbażi tal-identità tal-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali jew il-karatteristiċi tas-sess. Unjonijiet bejn persuni tal-istess sess mhumiex rikonoxxuti jew protetti fl-Istati Membri kollha. L-isterilizzazzjoni hija rekwiżit għal rikonoxximent legali tal-ġeneru fi tmien Stati Membri, u 18-il Stat Membru jesiġu dijanjożi tas-saħħa mentali. F'21 Stat Membru, issir operazzjoni ta' "normalizzazzjoni" tas-sess fuq tfal intersesswali. Sadanittant, il-lista ta' azzjonijiet għadha limitata rigward l-enfasi u l-impenn; ir-reazzjonijiet innovattivi tal-UE, bħall-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali, mhumiex integrati.

 Liema inizjattivi u azzjonijiet konkreti qed tippjana li tieħu l-Kummissjoni biex tavvanza aktar id-drittijiet tal-persuni LGBTI madwar l-UE, inkluż dwar il-libertà ta' moviment tal-familji kollha fid-dawl ta' kawża reċenti Coman u oħrajn tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE (C-673/16)?

 Ir-rekwiżit għal sterilizzazzjoni u/jew dijanjosi tas-saħħa mentali għal rikonoxximent legali tal-ġeneru f'xi Stati Membri tal-UE huwa konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, speċjalment fid-dawl tar-reviżjoni reċenti ICD-11? Il-Kummissjoni meta beħsiebha tieħu azzjoni f'dan ir-rigward?

 Il-Kummissjoni kif se taħdem mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-Parlament Ewropew biex tidentifika oqsma strateġiċi u tiżviluppa strateġija għal persuni LGBTI? Il-Kummissjoni kif se tiżgura li d-Direttorati Ġenerali differenti tagħha jikkooperaw fuq suġġetti trasversali, bħad-drittijiet, is-saħħa jew l-edukazzjoni tal-persuni LGBTI?

Imressqa: 30.1.2019

Mgħoddija: 1.2.2019

L-iskadenza għat-tweġiba: 8.2.2019

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Frar 2019Avviż legali