Mistoqsijiet parlamentari
PDF 49kWORD 18k
31 ta' Jannar 2019
O-000008/2019

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000008/2019

lill-Kummissjoni

Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura

Peter Liese, Jytte Guteland, Jadwiga Wiśniewska, Nils Torvalds, Bas Eickhout, Lynn Boylan, Eleonora Evi

f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel


  Suġġett: Strateġija għat-tnaqqis fit-tul ta' emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra tal-UE f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi

Il-Partijiet tal-Ftehim ta' Pariġi huma mistiedna jikkomunikaw, sal-2020, l-istrateġiji tagħhom tal-iżvilupp fit-tul u ta' nofs is-seklu dwar l-emissjonijiet baxxi ta' gassijiet serra. Ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika jipprevedi wkoll li l-Kummissjoni tadotta proposta għal strateġija fit-tul tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi li jinkludi xenarju sabiex jinkisbu emissjonijiet tal-gassijiet serra netti żero fl-Unjoni sal-2050 u emissjonijiet negattivi minn hemm 'il quddiem. Fil-komunikazzjoni tagħha "Pjaneta Nadifa għal Kulħadd", il-Kummissjoni ppreżentat il-viżjoni strateġika fit-tul tagħha għal ekonomija newtrali mil-lat ta' klima sal-2050, li tinkludi tmien strateġiji possibbli.

X'inhuma l-azzjonijiet ippjanati mill-Kumissjoni biex tiżgura segwitu xieraq għall-komunikazzjoni, u b'mod partikolari, biex l-Unjoni tadotta l-istrateġija fit-tul tagħha ta' nofs is-seklu skont il-Ftehim ta' Pariġi?

X'inhuma l-azzjonijiet previsti mill-Kummissjoni biex taġġorna l-Kontribut Stabbilit fil-Livell Nazzjonali (NDC) tal-Unjoni sabiex tagħti l-kontribut tagħha biex jinkisbu l-għanijiet tat-temperatura tal-Ftehim ta' Pariġi?

Imressqa: 31.1.2019

Mgħoddija: 4.2.2019

L-iskadenza għat-tweġiba: 11.2.2019

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Frar 2019Avviż legali