Mistoqsijiet parlamentari
PDF 49kWORD 19k
31 ta' Jannar 2019
O-000009/2019

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000009/2019

lill-Kunsill

Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura

Karl-Heinz Florenz, Simona Bonafè, Mark Demesmaeker, Gerben-Jan Gerbrandy, Merja Kyllönen, Davor Škrlec, Piernicola Pedicini

f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel


  Suġġett: Qafas ta' monitoraġġ għal ekonomija ċirkolari

B'segwitu għat-talba tal-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari – minbarra l-impenji stabbiliti mill-Kummissjoni fil-Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari tas-26 ta' Jannar 2017 – fis-16 ta' Jannar 2018 il-Kummissjoni finalment ippubblikat il-komunikazzjoni tagħha dwar qafas ta' monitoraġġ għal ekonomija ċirkolari.

1. Liema informazzjoni jqis il-Kunsill bħala prerekwiżit sabiex jiġi evalwat kemm l-ekonomija ċirkolari hija implimentata b'mod effettiv u effiċjenti? X'informazzjoni jemmen li hija meħtieġa sabiex tiġi vvalutata ż-żieda fl-effiċjenza tar-riżorsi? Huwa konvint il-Kunsill li l-indikaturi identifikati mill-Kummissjoni jistgħu verament ikejlu ċ-ċirkolarità u l-progress lejn il-kisba tal-għanijiet tal-Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari, u li jagħtu prijorità lill-katini ta' valur strateġiċi u ż-żamma tal-valur? Jekk le, liema indikaturi jqisu relevanti l-Istati Membri?

2. B'liema mod diversi Stati Membri jagħmlu monitoraġġ tal-progress lejn ekonomija ċirkolari effiċjenti fl-użu tar-riżorsi?

3. X'biħsiebu jagħmel il-Kunsill biex isegwi l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri u mill-partijiet ikkonċernati fil-proċess ta' tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari?

4. X'miżuri konkreti qed tippjana li tieħu l-Presidenza tal-Kunsill sabiex tagħti segwitu għall-komunikazzjoni msemmija hawn fuq tal-Kummissjoni?

5. Xi rwol kellhom l-Istati Membri fl-iżvilupp ta' din il-komunikazzjoni?

Imressqa: 31.1.2019

Mgħoddija: 1.2.2019

L-iskadenza għat-tweġiba: 22.2.2019

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Frar 2019Avviż legali