Mistoqsijiet parlamentari
PDF 51kWORD 19k
31 ta' Jannar 2019
O-000010/2019

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000010/2019

lill-Kummissjoni

Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura

Karl-Heinz Florenz, Simona Bonafè, Mark Demesmaeker, Gerben-Jan Gerbrandy, Merja Kyllönen, Davor Škrlec, Piernicola Pedicini

f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel


  Suġġett: Qafas ta' monitoraġġ għal ekonomija ċirkolari

B'segwitu għat-talba tal-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Lulju 2015 dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari – minbarra l-impenji stabbiliti mill-Kummissjoni fil-Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari tas-26 ta' Jannar 2017 – fis-16 ta' Jannar 2018 il-Kummissjoni finalment ippubblikat il-komunikazzjoni tagħha dwar qafas ta' monitoraġġ għal ekonomija ċirkolari.

1. B'liema mod l-indikaturi proposti jkopru l-firxa sħiħa ta' għanijiet u azzjonijiet konkreti tal-Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari? Il-qafas kif se jkejjel, jissorvelja u jivverifika s-suċċess attwali tal-politiki tal-UE fil-qasam tal-ekonomija ċirkolari, b'mod partikolari l-azzjonijiet elenkati fit-taqsima ta' produzzjoni u konsum f'termini ta' katini tal-valur strateġiċi u taż-żamma tal-valur?

2. Il-Kummissjoni kif qed tippjana li torganizza l-informazzjoni miġbura permezz tal-qafas ta' monitoraġġ sabiex timmonitorja, tirrapporta u tirrevedi l-progress lejn il-kisba mill-Istati Membri tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU (SDGs), b'mod partikolari l-SDG 12 u l-miri tiegħu u dwar id-diżakkoppjar bejn it-tkabbir ekonomiku u l-użu tar-riżorsi?

3. Tista' l-Kummissjoni tikkjarifika kif se tibni djalogu mal-Istati Membri, il-Parlament u l-partijiet ikkonċernati rilevanti sabiex tiżviluppa u ttejjeb kontinwament il-qafas ta' monitoraġġ?

4. X'inhu l-perjodu ppjanat għar-reviżjoni tal-indikaturi eżistenti u għall-istabbiliment ta' oħrajn ġodda bħal, pereżempju, dwar l-impatti tal-konsum kif ukoll għal oqsma speċifiċi bħall-iskart tal-ikel u l-akkwist pubbliku ekoloġiku?

5. X'għamlet il-Kummissjoni biex issegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Pjattaforma Ewropea għall-Użu Effiċjenti tar-Riżorsi tagħha, inkluż dwar l-istabbiliment ta' miri ambizzjużi u kredibbli biex tittejjeb il-produttività tar-riżorsi globali tal-ekonomija tal-UE, u x'passi biħsiebha tieħu fil-ġejjieni?

6. Tista' l-Kummissjoni tispjega kif il-qafas ta' monitoraġġ se jikkomplementa l-ħidma analitika tat-tabelli ta' valutazzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi u tal-materja prima? Kif jistgħu dawn l-indikaturi, fosthom l-indikatur ewlieni tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, ikunu integrati fil-qafas ta' monitoraġġ?

Imressqa: 31.1.2019

Mgħoddija: 4.2.2019

L-iskadenza għat-tweġiba: 11.2.2019

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Frar 2019Avviż legali