Mistoqsijiet parlamentari
PDF 49kWORD 19k
6 ta' Frar 2019
O-000011/2019

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000011/2019

lill-Kummissjoni

Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura

Sirpa Pietikäinen, Christel Schaldemose, Jadwiga Wiśniewska, Anneli Jäätteenmäki, Stefan Eck, Bas Eickhout, Eleonora Evi

f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel


  Suġġett: L-importanza tal-infrastruttura urbana u ħadra - Is-Sena Ewropea tal-Bliet Aktar Ekoloġiċi 2020

Is-"Sena Ewropea tal-Bliet Aktar Ekoloġiċi 2020" hija inizjattiva ta' pjattaforma ta' NGOs Ewropej li tikkonsisti f'organizzazzjonijiet li jkopru kwistjonijiet li jvarjaw mid-drittijiet tat-tfal, tal-persuni b'diżabilità u tal-anzjani, għal persuni li jbatu minn allerġiji u persuni li jbatu bl-ażma, organizzazzjonijiet sportivi, gruppi ambjentali u organizzazzjonijiet taċ-ċittadini. L-għan tagħha huwa li tenfasizza l-fatt li t-tqarrib tan-natura lejn il-bliet u t-tħaddir tal-kwartieri tal-bliet tagħna huwa waħda mill-akbar għodod mhux utilizzati biżżejjed għad-dispożizzjoni tagħna biex inżidu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej, biex inżidu l-kwantità u l-kwalità tar-riċerka u l-iżvilupp ta’ innovazzjonijiet ġodda, biex ninkoraġġixxu liċ-ċittadini jaġixxu u jtejbu l-kwartieri tagħhom stess, biex noħolqu kultura ta’ apprezzament tal-ispazji ħodor, biex jiżdied l-għadd ta' proġetti ta' infrastruttura ħadra, biex jiġu konnessi l-inizjattivi eżistenti u biex jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki madwar l-Istati Membri, biex jinħoloq pjan direzzjonali għat-tħaddir tal-bliet Ewropej sal-2030 u, fl-aħħar nett, biex jiġu konnessi l-inizjattivi eżistenti kollha fil-qasam tal-infrastruttura ħadra, jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki u jinħoloq momentum għall-aġenda ġenerali fil-livell lokali, nazzjonali u tal-UE.

L-infrastruttura ħadra tista’ tindirizza, b’mod sempliċi u kosteffettiv, ħafna mill-isfidi tal-ambjenti urbani, bħat-temp estrem, l-isfidi għall-bijodiversità, iż-żamma tas-CO2, it-tniġġis u r-riskji għas-saħħa.

 Il-Kummissjoni tipprevedi li toħloq jew tappoġġa l-ħolqien ta' sena tematika dwar bliet aktar ekoloġiċi fl-2020 li tiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-infrastruttura ħadra fl-ambjenti urbani?

 Il-Kummissjoni bħalissa kif qed tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki u prattiki innovattivi bejn l-Istati Membri u l-bliet dwar it-tħaddir tal-ambjent urban? Taħseb li hemm lok għal aktar kooperazzjoni f'dan ir-rigward?

Imressqa: 6.2.2019

Mgħoddija: 8.2.2019

L-iskadenza għat-tweġiba: 15.2.2019

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Frar 2019Avviż legali