Proċedura : 2019/2568(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000013/2019

Testi mressqa :

O-000013/2019 (B8-0012/2019)

Dibattiti :

PV 12/02/2019 - 25
CRE 12/02/2019 - 25

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 48kWORD 19k
7 ta' Frar 2019
O-000013/2019

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000013/2019

lill-Kummissjoni

Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura

Miroslav Mikolášik, Peter Liese

f'isem il-Grupp PPE


  Suġġett: Modifika tal-ġenoma ġerminali tal-bniedem

 Tweġiba fil-plenarja 

L-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-editjar tal-ġenoma li qed javvanzaw rapidament, b'mod partikolari CRISPR/Cas9, ġab miegħu progress sinifikanti fil-fehim u fl-indirizzar ta' kundizzjonijiet mediċi serji. Madankollu, filwaqt li l-modifika tal-ġenoma somatika qed tgħaddi għall-istadju tal-provi kliniċi skont kriterji traslazzjonali rigorużi u responsabbli, l-editjar tal-ġenoma ġerminali jista' jwassal għal interpretazzjoni ambigwa tal-projbizzjoni rikonoxxuta fil-livell internazzjonali tal-modifika ġerminali tal-bniedem.

Matul it-Tieni Samit Internazzjonali dwar l-Editjar tal-Ġenoma tal-Bniedem, li seħħ f'Ħong Kong fis-27 sad-29 ta' Novembru 2018, l-ewwel użu kliniku ta' editjar tal-ġenoma ġerminali ġie rrappurtat bla mistenni mir-riċerkatur Ċiniż He Jiankui, li afferma li dan irriżulta fit-twelid ta' żewġ trabi. Għalkemm din l-affermazzjoni ma ġietx ivverifikata, kienet xorta vvizzjata u kuntrarja għall-etika b'mod profond, kif ikkonfermat il-komunità xjentifika internazzjonali.

L-editjar tal-ġenoma ġerminali tal-embrijuni u l-gameti se joħloq riskji serji ta' effetti dannużi mhux intenzjonati, mhux biss għall-individwu, iżda wkoll għad-dixxendenti tiegħu. B'hekk bidliet ġenetiċi li jistgħu jintwirtu jwasslu għal alterazzjonijiet tal-ġenerazzjonijiet futuri kollha. Barra minn hekk, din il-proċedura timmina serjament id-dinjità tal-bniedem. Il-projbizzjoni ta' modifika tal-ġenoma ġerminali hija minquxa fi ftehimiet internazzjonali bħad-Dikjarazzjoni Universali dwar il-Ġenoma tal-Bniedem u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Konvenzjoni ta' Oviedo, kif ukoll id-dritt tal-UE[1].

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq:

1. Il-Kummissjoni hija konxja tal-ħtieġa urġenti li jiġu indirizzati l-implikazzjonijiet etiċi u legali ta' modifika tal-ġenomi ġerminali tal-bniedem għas-sigurtà tat-tfal u ta' ġenerazzjonijiet futuri u li tiġi appoġġata, għaldaqstant, projbizzjoni globali fuq il-modifika tal-ġenoma tal-bniedem sabiex ma jkunx hemm esperimentazzjoni umana li tmur kontra l-etika?

2. X'miżuri biħsiebha tieħu l-Kummissjoni biex trawwem involviment u dibattitu pubbliċi usa' bbażati fuq interpretazzjoni korretta tal-progress xjentifiku f'kuntest soċjali?

Imressqa: 7.2.2019

Mgħoddija: 11.2.2019

L-iskadenza għat-tweġiba: 18.2.2019

[1]  Ir-Regolament (UE) Nru 536/2014 dwar il-Provi Kliniċi tal-UE, id-Direttiva 98/44/KE dwar il-Bijoteknoloġija tal-UE, Orizzont 2020.

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Frar 2019Avviż legali