Mistoqsijiet parlamentari
PDF 45kWORD 19k
11 ta' Frar 2019
O-000014/2019

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000014/2019

lill-Kunsill

Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura

Claude Moraes

f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern


  Suġġett: Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE, partikolarment f'Malta u fis-Slovakkja

Ir-rispett tal-istat tad-dritt, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll il-valuri u l-prinċipji minquxa fit-Trattati tal-UE u fl-istrumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, huma obbligi essenzjali għall-Unjoni u għall-Istati Membri tagħha. Il-qtil riċenti ta' żewġ ġurnalisti investigattivi xxokkja l-opinjoni pubblika Ewropea u nissel biża' fost il-ġurnalisti fl-UE. Kien f'dan il-kuntest li, f'Ġunju 2018, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE) waqqaf Grupp ta' Monitoraġġ tal-Istat tad-Dritt (ROLMG) b'mandat ġenerali li jsegwi s-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE u jindirizza sitwazzjonijiet speċifiċi, b'mod partikolari f'Malta u fis-Slovakkja. Fil-ħidma tiegħu, irROLMG identifika diversi nuqqasijiet trasversali li għandhom ir-riskju li jdgħajfu l-istat tad-dritt, is-separazzjoni tas-setgħat u l-indipendenza tal-ġudikatura f'xi Stati Membri.

Għaldaqstant, il-Parlament jixtieq jistaqsi lill-Kunsill x'miżuri jikkunsidra li jieħu, u b'liema skadenzi, dwar dan li ġej:

 Kif se jittrasforma d-"djalogu dwar l-istat tad-dritt" minn dibattitu ġenerali dwar il-prinċipji f'għodda effikaċi li tindirizza tħassib speċifiku u konkret dwar l-istat tad-dritt fl-Istati Membri individwali, inkluż is-segwitu għal deċiżjonijiet skont lArtikolu 7?

 X'għamlu lIstati Membri dwar il-punti relatati mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni fir-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet għal kull pajjiż fil-qafas tas-Semestru Ewropew?

 X'konklużjonijiet se jislet mir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-iskemi ta' residenza u ċittadinanza tal-investituri fl-UE?

Imressqa: 11.2.2019

Mgħoddija: 12.2.2019

L-iskadenza għat-tweġiba: 5.3.2019

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Frar 2019Avviż legali