Proċedura : 2018/2965(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000015/2019

Testi mressqa :

O-000015/2019 (B8-0017/2019)

Dibattiti :

PV 25/03/2019 - 14
CRE 25/03/2019 - 14

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 47kWORD 21k
11 ta' Frar 2019
O-000015/2019

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000015/2019

lill-Kummissjoni

Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura

Claude Moraes

f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern


  Suġġett: Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE, partikolarment f'Malta u fis-Slovakkja

 Tweġiba fil-plenarja 

Ir-rispett tal-istat tad-dritt, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll il-valuri u l-prinċipji minquxa fit-Trattati tal-UE u fl-istrumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, huma obbligi essenzjali għall-Unjoni u għall-Istati Membri tagħha. Il-qtil riċenti ta' żewġ ġurnalisti investigattivi xxokkja l-opinjoni pubblika Ewropea u nissel biża' fost il-ġurnalisti fl-UE. Kien f'dan il-kuntest li, f'Ġunju 2018, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE) waqqaf Grupp ta' Monitoraġġ tal-Istat tad-Dritt (ROLMG) b'mandat ġenerali li jsegwi s-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE u jindirizza sitwazzjonijiet speċifiċi, b'mod partikolari f'Malta u fis-Slovakkja. Fil-ħidma tiegħu, irROLMG identifika diversi nuqqasijiet trasversali li għandhom ir-riskju li jdgħajfu l-istat tad-dritt, is-separazzjoni tas-setgħat u l-indipendenza tal-ġudikatura f'xi Stati Membri.

F'dan il-kuntest, il-Parlament jixtieq jistaqsi lill-Kummissjoni x'miżuri tikkunsidra li tieħu, u b'liema skadenzi, dwar:

 il-monitoraġġ tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri b'rabta ma' kull ksur tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, partikolarment fir-rigward tas-separazzjoni tas-setgħat, l-indipendenza tal-ġudikatura, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, is-sikurezza tal-ġurnalisti u l-libertà tal-midja, u l-impatt tal-hekk imsejħa "viżi tad-deheb"/"programmi tal-investitur individwali" fuq il-ksib taċ-ċittadinanza tal-UE;

 il-possibbiltà li l-Aġenziji tal-UE jipparteċipaw b'mod aktar proattiv fl-investigazzjonijiet fl-Istati Membri, pereżempju bit-twaqqif proattiv ta' Skwadri ta' Investigazzjoni Konġunti (JITs);

 it-tressiq, meta jkun il-waqt, ta' proposta għal mekkaniżmu komprensiv tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, fid-dawl tar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament tal-25 ta' Ottubru 2016[1] u tal-14 ta' Novembru 2018[2]?

Imressqa: 11.2.2019

Mgħoddija: 13.2.2019

L-iskadenza għat-tweġiba: 20.2.2019

[1]  Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2016 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162).

[2]  Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-ħtieġa ta' mekkaniżmu komprensiv tal-UE għall-protezzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (Testi adottati, P8_TA(2018)0456).

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Frar 2019Avviż legali