Mistoqsijiet parlamentari
PDF 49kWORD 18k
19 ta' Frar 2019
O-000017/2019

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000017/2019

lill-Kummissjoni

Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura

Christian Ehler, Paul Rübig, Kathleen Van Brempt, Zdzisław Krasnodębski, Fredrick Federley, Benedek Jávor, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Barbara Kappel

f'isem il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija


  Suġġett: Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima

Fit-28 ta' Novembru 2018, il-Kummissjoni ppreżentat il-Komunikazzjoni tagħha intitolata "Pjaneta Nadifa għal kulħadd". Din l-istrateġija fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima tistabbilixxi seba' elementi kostitwenti strateġiċi ewlenin, tlieta minnhom jiffukaw fuq il-politika tal-enerġija u waħda fuq il-politika industrijali.

X'inhuma l-azzjonijiet ippjanati mill-Kumissjoni biex tiżgura segwitu xieraq għall-komunikazzjoni, u b'mod partikolari, biex l-Unjoni tadotta l-istrateġija fit-tul tagħha ta' nofs is-seklu skont il-Ftehim ta' Pariġi?

X'inhuma l-azzjonijiet previsti mill-Kummissjoni dwar il-politiki tal-enerġija, tal-industrija u tar-riċerka u tal-innovazzjoni fil-qafas tal-istrateġija fit-tul?

Imressqa: 19.2.2019

Mgħoddija: 21.2.2019

L-iskadenza għat-tweġiba: 28.2.2019

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Frar 2019Avviż legali