Mistoqsijiet parlamentari
PDF 48kWORD 17k
4 ta' Marzu 2019
O-000019/2019

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000019/2019

lill-Kummissjoni

Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura

Alojz Peterle, Karin Kadenbach, Mark Demesmaeker, Frédérique Ries, Linnéa Engström, Kateřina Konečná, Mireille D'Ornano

f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel


  Suġġett: Inizjattiva tal-UE dwar il-Pollinaturi

L-Inizjattiva tal-UE dwar il-Pollinaturi għandha l-għan li tindirizza t-tnaqqis fil-pollinaturi u li tikkontribwixxi għall-isforzi globali ta' konservazzjoni, iżda tonqos milli tindirizza b'mod suffiċjenti l-kawżi bażiċi prinċipali tat-tnaqqis fil-pollinaturi. F'dan il-kuntest, nilqgħu tweġibiet għall-mistoqsijiet li ġejjin:

1. Il-Kummissjoni kif biħsiebha żżid il-koerenza bejn l-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi u l-Politika Agrikola Komuni (PAK)? Is-sistema ta' monitoraġġ, inkluż l-Indiċi tal-Pollinaturi Selvaġġi, ser jiġu integrati fil-PAK?

2. Il-Kummissjoni qegħda tħejji Strateġija dwar il-Bijodiversità għal wara l-2020? Il-Kummissjoni kif se tiżgura l-koerenza u l-kompatibbiltà bejn dawn il-miżuri għal wara l-2020 u l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss u l-PAK il-ġdida?

3. Il-Kummissjoni kif se ttejjeb l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti, id-Direttiva dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi, u tixpruna l-innovazzjoni dwar metodi alternattivi u tintegrahom fil-PAK? Il-Kummissjoni kif għandha l-ħsieb li tappoġġa l-iżvilupp ta' pestiċidi organiċi li ma jagħmlux ħsara lill-pollinaturi?

4. Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tapplika l-prinċipju ta' prekawzjoni billi tipproponi leġiżlazzjoni li tipprojbixxi l-produzzjoni, il-bejgħ u l-użu tal-pestiċidi kollha bbażati fuq in-neonikotinojdi fl-Unjoni kollha kemm hi mingħajr deroga?

5. Il-Kummissjoni kif qegħda tippjana li teżamina l-legalità tad-derogi ta' emerġenza li jippermettu l-użu ta' pestiċidi pprojbiti u liema miżuri ta' segwitu hemm ippjanati?

6. L-utenti professjonali tal-pestiċidi għandhom l-obbligu li jżommu rekords preċiżi tal-użu li jagħmlu tal-pestiċidi skont l-Artikolu 67 tar-Regolament 1107/2009. Il-Kummissjoni qegħda tippjana li tirrikjedi lill-Istati Membri jagħmlu din id-data disponibbli fl-isfera pubblika?

7. Il-Kummissjoni meta se tippubblika r-rapport tagħha dwar it-traċċabilità tal-użu tal-pestiċidi, li suppost ilha li ppubblikat?

Imressqa: 4.3.2019

Mgħoddija: 6.3.2019

L-iskadenza għat-tweġiba: 13.3.2019

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Marzu 2019Avviż legali