Mistoqsijiet parlamentari
PDF 51kWORD 19k
6 ta' Marzu 2019
O-000020/2019

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000020/2019

lill-Kunsill

Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura

Gerben-Jan Gerbrandy

f'isem il-Grupp ALDE

Eleonora Evi

f'isem il-Grupp EFDD

Kathleen Van Brempt, Seb Dance

f'isem il-Grupp S&D

Merja Kyllönen

f'isem il-Grupp GUE/NGL

Bas Eickhout

f'isem il-Grupp Verts/ALE


  Suġġett: L-iżviluppi reċenti dwar l-iskandlu Dieselgate

Fi stqarrija għall-istampa maħruġa fis-16 ta' Ottubru 2018 dwar il-programm ta' ħidma tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) għall-2019, il-President tal-QEA, Klaus-Heiner Lehne, ħabbar li l-QEA kellha teżamina l-approċċ tal-UE dwar il-kejl tal-emissjonijiet tal-vetturi sabiex "jiġi stabbilit jekk l-UE hijiex twettaq dak li wiegħdet". X'miżuri se jieħdu l-Istati Membri fid-dawl tat-tħassib espress fid-dokument ta' tgħarrif tal-QEA tas-7 ta' Frar 2019?

a. Li jirtiraw mis-suq l-"għadd kbir ta' karozzi li jniġġsu ħafna"?

b. Li jifhmu u jindirizzaw l-impatt limitat fuq l-emissjonijiet tal-NOx li kellha s-sejħa lura tal-vetturi li għadha għaddejja, ukoll fil-qies tal-effett limitat tal-aġġornamenti tas-softwer li bdew isiru?

c. Li jiżguraw l-effikaċja tal-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq?

d. Li jżommu lill-manifatturi tal-karozzi milli jsibu flessibbiltajiet ġodda fit-test tal-laboratorju armonizzat fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP) bħala mezz biex inaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 tagħhom?

e. Li jiżguraw li l-manifatturi ma jottimizzawx il-vetturi għat-test tal-emissjonijiet fis-sewqan reali (RDE)? L-Istati Membri se jittestjaw il-karozzi fiċ-ċirkolazzjoni lil hinn mill-parametri tal-RDE?

Aktar minn sentejn wara li l-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ proċedimenti ta' ksur kontra l-Ġermanja, il-Lussemburgu, ir-Renju Unit u l-Italja, il-proċedura għadha ma avvanzzatx aktar mill-ewwel stadju, billi jidher li xi Stati Membri mhux qed jikkooperaw b'mod sinċier mal-Kummissjoni. L-Istati Membri kkonċernati kollha se jikkooperaw bis-sħiħ u se jibagħtu l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-Kummissjoni biex il-proċedura titlesta?

X'miżuri ta' segwitu ħadu l-Istati Membri dwar il-ksur tal-limiti tal-emissjonijiet u tar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip? B'mod partikolari, għaliex il-Bulgarija, l-Ungerija, l-Irlanda, is-Slovenja u l-Iżvezja għadhom ma bagħtu l-ebda informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-kampanji ta' sejħa lura tagħhom? L-Istati Membri fuq liema bażi ddeċidew li jordnaw li l-vetturi jissejħu lura b'mod obbligatorju jew volontarju? Meta wieħed iqis li d-dokument tal-QEA għal darba oħra josserva li fit-toroq hemm għadd kbir ta' karozzi li jniġġsu ħafna, għaliex, skont l-aħħar data tal-Kummissjoni, il-kampanji ta' sejħa lura tal-Istati Membri jikkonċernaw biss għadd limitat ta' karozzi minn dawn il-marki li ġejjin: Volkswagen, Renault, Daimler, Opel u Suzuki?

Imressqa: 6.3.2019

Mgħoddija: 7.3.2019

L-iskadenza għat-tweġiba: 28.3.2019

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Marzu 2019Avviż legali