Mistoqsijiet parlamentari
PDF 51kWORD 19k
6 ta' Marzu 2019
O-000021/2019

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000021/2019

lill-Kummissjoni

Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura

Gerben-Jan Gerbrandy

f'isem il-Grupp ALDE

Eleonora Evi

f'isem il-Grupp EFDD

Kathleen Van Brempt, Seb Dance

f'isem il-Grupp S&D

Merja Kyllönen

f'isem il-Grupp GUE/NGL

Bas Eickhout

f'isem il-Grupp Verts/ALE


  Suġġett: L-iżviluppi reċenti dwar l-iskandlu Dieselgate

Fi stqarrija għall-istampa, maħruġa fis-16 ta' Ottubru 2018, dwar il-programm ta' ħidma tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) għall-2019, il-President tal-QEA, Klaus-Heiner Lehne, ħabbar li l-QEA kellha teżamina l-approċċ tal-UE dwar il-kejl tal-emissjonijiet tal-vetturi sabiex "jiġi stabbilit jekk l-UE hijiex twettaq dak li wiegħdet". X'miżuri se jieħdu l-Istati Membri fid-dawl tat-tħassib espress fid-dokument ta' tgħarrif tal-QEA tas-7 ta' Frar 2019?

a. Li jirtiraw mis-suq l-"għadd kbir ta' karozzi li jniġġsu ħafna"?

b. Li jifhmu u jindirizzaw l-impatt limitat fuq l-emissjonijiet tal-NOx li kellha s-sejħa lura tal-vetturi li għadha għaddejja, fil-qies ukoll tal-effett limitat tal-aġġornamenti tas-softwer li bdew isiru?

c. Li jissorveljaw l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-kontrolli ta' sorveljanza mill-Istati Membri?

d. Li jżommu lill-manifatturi tal-karozzi milli jsibu flessibbiltajiet ġodda fit-test tal-laboratorju armonizzat fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP) bħala mezz biex inaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 tagħhom?

e. Li jiżguraw li l-manifatturi ma jottimizzawx il-vetturi għat-test tal-emissjonijiet fis-sewqan reali (RDE)? Il-Kummissjoni se tittestja l-karozzi f'ċirkolazzjoni lil hinn mill-parametri tal-RDE billi tuża l-faċilitajiet tagħha stess, kif issuġġerit fid-dokument tal-QEA?

Fid-dawl tad-dokument ta' tgħarrif tal-QEA, il-Kummissjoni għala ddeċidiet li tappella s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) fil-każijiet T-339/16, T-352/16 u T-391/16? Din id-deċiżjoni se tmexxi lura l-iskadenza stabbilita mill-QĠUE li qabilha jista' jibqa' fis-seħħ il-marġni ta' manuvra tal-ittestjar?

Wara r-Rakkomandazzjoni tal-Ombudsman Ewropew fil-każ 1275/2018/EWM, il-Kummissjoni se tagħti aktar aċċess, b'mod sinifikanti, għall-minuti tal-laqgħat tal-kumitati tekniċi b'mod ġenerali u tal-Kumitat Tekniku dwar il-Vetturi bil-Mutur b'mod partikolari?

Fl-aħħar nett, aktar minn sentejn wara li l-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ proċedimenti ta' ksur, dawn għadhom ma avvanzzawx aktar mill-ewwel stadju. Meta se tikkonkludi l-ħidma inizjali tagħha u toħroġ opinjoni motivata?

Imressqa: 6.3.2019

Mgħoddija: 8.3.2019

L-iskadenza għat-tweġiba: 15.3.2019

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Marzu 2019Avviż legali