Mistoqsija Parlamentari - O-000022/2019Mistoqsija Parlamentari
O-000022/2019

Id-Drittijiet Fundamentali tal-Persuni ta' Dixxendenza Afrikana

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000022/2019
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Claude Moraes
f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Proċedura : 2018/2899(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000022/2019
Testi mressqa :
O-000022/2019 (B8-0016/2019)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Filwaqt li l-ġbir tad-data dwar l-etniċità u l-ugwaljanza fl-Istati Membri tal-UE mhuwiex sistematiku, madankollu xorta dokumentat, partikolarment mill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali u mill-OSKE-ODHIR, li l-Persuni ta' Dixxendenza Afrikana huma partikolarment suġġetti għal razziżmu, diskriminazzjoni, ksenofobija, u b'mod ġenerali għall-inugwaljanzi sew tal-aċċess għad-drittijiet tal-bniedem u għad-drittijiet fundamentali, kif ukoll għall-eżerċizzju tagħhom. Huma intitolati għal protezzjoni minn dawn l-inugwaljanzi bħala individwi u bħala grupp, inklużi miżuri pożittivi għall-promozzjoni u għat-tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet tagħhom; Għandhom isiru aktar sforzi, fuq il-livelli nazzjonali u tal-UE, li joħduha b'mod sistematiku kontra d-diskriminazzjoni etnika, ir-razziżmu u r-reati ta' mibegħda u, flimkien ma' partiijiet ikkonċernati ewlenin oħra, jiżviluppaw risponsi legali u ta' politika effettivi u bbażati fuq l-evidenza għal dawn il-fenomeni.

F'dan ir-rigward, il-Parlament jistaqsi lill-Kummissjoni x'passi tista' tikkunsidra, u f'liema perjodu ta' żmien, fid-dawl ta':

 l-iżvilupp ta' qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali għall-inklużjoni u għall-integrazzjoni soċjali tal-Persuni ta' Dixxendenza Afrikana;

 l-inkoriġġiment lill-Istati Membri biex jiddeklassifikaw l-arkivji kolonjali;

 l-integrar tal-kwistjoni tal-Persuni ta' Dixxendenza Afrikana fil-programmi ta' finanzjament attwali tagħha u dawk fil-perjodu pluriennali li jmiss;

 l-istabbiliment, fi ħdan l-istruttura rilevanti tagħha, unità speċifika dedikata għall-ġlieda kontra l-Afrofobija, responsabbli għall-koordinazzjoni tar-riżorsi u s-sostenn b'mod li l-komunitajiet jinvolvu ruħhom b'mod effikaċi b'reazzjoni għad-diskors ta' mibegħda u għar-reati ta' mibegħda, kif ukoll għal kwalunkwe forma ta' vjolenza kontra l-Persuni ta' Dixxendenza Afrikana;

 il-kooperazzjoni mill-qrib ma' atturi internazzjonali bħall-OSKE, in-NU, l-Unjoni Afrikana u l-Kunsill tal-Ewropa, kif ukoll ma' sieħba internazzjonali oħra, sabiex jiġġieldu kontra l-Afrofobija fil-livell internazzjonali;

Imressqa: 6.3.2019

Mgħoddija: 8.3.2019

L-iskadenza għat-tweġiba: 15.3.2019

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Marzu 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza