Mistoqsijiet parlamentari
PDF 52kWORD 19k
14 ta' Marzu 2019
O-000023/2019

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000023/2019

lill-Kummissjoni

Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura

Pavel Poc, Renate Sommer, Catherine Bearder, Sirpa Pietikäinen, Jiří Pospíšil, Joëlle Mélin, José Inácio Faria, Mark Demesmaeker, Frédérique Ries, Stefan Eck, Tilly Metz, Emil Radev, Petras Auštrevičius, Karoline Graswander-Hainz, Karin Kadenbach, Evelyn Regner, Eugen Freund, Rory Palmer, John Flack, Marlene Mizzi, Stelios Kouloglou, Elena Gentile, Bart Staes, Anja Hazekamp, Davor Škrlec, Daciana Octavia Sârbu, Giorgos Grammatikakis, Monika Beňová, Younous Omarjee, Babette Winter, Benedek Jávor, Sven Giegold, Jytte Guteland, Monika Smolková, Olga Sehnalová, Jan Keller, Miroslav Poche, Elmar Brok, Marijana Petir, Esther de Lange, Marco Affronte, Birgit Collin-Langen, Stefan Gehrold, Sabine Verheyen, Daniel Caspary, Peter Liese, Monika Hohlmeier, György Hölvényi, Reimer Böge, Ivo Belet, Wim van de Camp, Petri Sarvamaa, Henna Virkkunen, Eleonora Evi


  Suġġett: Il-ħarsien tas-suq intern tal-UE u tad-drittijiet tal-konsumatur kontra l-implikazzjonijiet negattivi tal-kummerċ illegali tal-annimali tal-kumpanija

Kull sena għadd sinifikanti ta' annimali tal-kumpanija jiġu nnegozjati illegalment bejn l-Istati Membri, spiss b'abbuż mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-moviment tal-annimali domestiċi (ir-Regolament (UE) Nru 576/2013), li hija maħsuba għall-moviment mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi, meta fil-fatt jekk l-annimali qed jiġu trasportati bejn il-fruntieri biex jinbigħu, dan għandu jsir skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE.

It-traffikar tal-annimali domestiċi għandu implikazzjonijiet negattivi fuq is-saħħa pubblika, il-benesseri tal-annimali u l-protezzjoni tal-konsumatur. Dan sar sors ewlieni ta' dħul għall-kriminalità internazzjonali organizzata u qed jaffettwa wkoll il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern tal-UE minħabba taxxi mitlufa u bil-ħolqien ta' kompetizzjoni inġusta, b'mod partikolari biż-żieda tal-bejgħ online ta' annimali domestiċi, sitwazzjoni li mhijiex regolata sew la fuq livell nazzjonali u l-anqas fil-liġi tal-UE. Tabilħaqq, xi NGOs jikkalkulaw li nissiel illegali li jbigħ klieb tar-razza bejn il-fruntieri jaf ikun qed jagħmel profitti ta' aktar minn EUR 100 000 fis-sena.

1. Il-Kummissjoni meta qed tippjana li tadotta Pjan ta' Azzjoni transettorjali tal-UE biex tindirizza l-kummerċ illegali tal-annimali tal-kumpanija fl-UE?

2. Il-Kummissjoni qed tippjana li tippreżenta, permezz ta' att delegat skont il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali, proposta għal sistemi dettaljati u kompatibbli għall-mezzi u l-metodi biex jiġu identifikati u rreġistrati klieb u qtates f'bażijiet ta' data fl-Istati Membri, li għandhom ikunu konnessi permezz ta' pjattaforma tal-UE?

Imressqa: 14.3.2019

Mgħoddija: 18.3.2019

L-iskadenza għat-tweġiba: 25.3.2019

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Marzu 2019Avviż legali