Mistoqsijiet parlamentari
PDF 47kWORD 20k
9 ta' Settembru 2019
O-000024/2019

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000024/2019

lill-Kunsill

Artikolu 136 tar-Regoli ta’ Proċedura

Juan Fernando López Aguilar

f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern


  Suġġett: Tiftix u Salvataġġ fil-Mediterran

Skont il-IOM[1], sat-28 ta' Awwissu in-numru ta' vittmi fil-Baħar Mediterran għas-sena 2019 jammonta għal 909 persuni. Fid-29 ta' Marzu 2019, il-Kunsill estenda l-mandat tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA sat-30 ta' Settembru, illimitat però għall-operazzjonijiet tal-ajru, filwaqt li l-operazzjonijiet marittimi (bastimenti) ġew sospiżi. L-Italja għalqet il-portijiet tagħha għall-persuni salvati mill-baħar, u naqqset b'mod konsiderevoli l-attivitajiet tagħha ta' koordinazzjoni ta' tiftix u salvataġġ fil-Mediterran. Bl-appoġġ tal-Kummissjoni, għadd ta' Stati Membri qed jirċievu il-persuni salvati abbażi ta' mekkaniżmu ta' distribuzzjoni ad hoc li jeżiġi li l-ekwipaġġi u dawk salvati jibqgħu fl-ibħra miftuħa għal diversi jiem, jekk mhux ġimgħat, qabel ma jitħallew jidħlu f'post sikur. Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament ta' April 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni enfasizzat li ''kaptani ta' vapuri privati jew organizzazzjonijiet nongovernattivi li ġenwinament jassistu persuni f'diffikultà fuq il-baħar ma għandhomx jissograw piena talli jipprovdu assistenza bħal din''. F'Lulju 2018, il-Parlament talab lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri linji gwida li jipprevjenu l-kriminalizzazzjoni tal-għajnuna umanitarja.

F'dan l-isfond, il-Parlament jitlob lill-Kunsill tispeċifika l-appoġġ li hija tipprovdi biex issaħħaħ il-kapaċitajiet ta' tiftix u salvataġġ fil-Mediterran:

 fir-rigward tal-attivitajiet ta' koordinazzjoni fil-Mediterran;

 billi jiġi ċċarat liema forom ta' faċilitazzjoni ma għandhomx jiġu kriminalizzati mill-Istati Membri, u

 billi jsir kontribut għas-sejba ta' soluzzjoni għad-distribuzzjoni ta' persuni salvati mill-baħar skont il-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà.

Imressqa: 9.9.2019

Mgħoddija: 10.9.2019

L-iskadenza għat-tweġiba: 1.10.2019

[1]  https://www.iom.int/news/mediterranean-migrant-arrivals-reach-46521-2019-deaths-reach-909

 

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Settembru 2019Avviż legali