Proċedura : 2019/2800(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000026/2019

Testi mressqa :

O-000026/2019 (B9-0051/2019)

Dibattiti :

PV 16/09/2019 - 17
CRE 16/09/2019 - 16
CRE 16/09/2019 - 17

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 47kWORD 20k
9 ta' Settembru 2019
O-000026/2019

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000026/2019

lill-Kummissjoni

Artikolu 136 tar-Regoli ta’ Proċedura

Norbert Lins

f'isem il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


  Suġġett: Il-privattiva tal-pjanti u l-proċessi bijoloġiċi essenzjali

 Tweġiba fil-plenarja 

L-aċċess mingħajr ostakli għall-materjal tal-pjanti huwa essenzjali għall-kapaċità innovattiva tas-settur Ewropew tat-tnissil tal-pjanti u għall-bdiewa, kif ukoll għall-varjetà ġenetika tal-uċuħ tar-raba' tagħna u għas-saħħa taċ-ċittadini tal-UE.

Fl-2015, il-Bord tal-Appell Estiż tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (UEP) iddeċieda li l-prodotti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi, bħal pjanti, żrieragħ, karatteristiċi awtoktoni u ġeni, jistgħu jiġu protetti bi privattiva. Abbażi ta' din id-deċiżjoni, varjetà ta' brokkli u tadam ġew effettivament protetti bi privattiva (il-Kawżi G2/12 (it-tadam) u G2/13 (il-brokkli)).

Bi tweġiba għal dan, fis-17 ta' Diċembru 2015, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni[1] li titlob kjarifika tal-liġi dwar il-privattivi għall-pjanti. Fl-avviż tagħha tat-8 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni ddikjarat li qatt ma kienet l-intenzjoni li jingħataw privattivi fuq karatteristiċi naturali li jiddaħħlu fil-pjanti permezz ta' proċessi essenzjalment bijoloġiċi bħall-inkroċjar u s-selezzjoni. L-Istati Membri kollha appoġġjaw din l-interpretazzjoni u l-Bord tad-Diretturi tal-UEP eventwalment emenda l-politika tiegħu sabiex ma jagħtix privattivi fuq prodotti minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi.

Sfortunatament, fit-18 ta' Diċembru 2018, il-Bord tal-Appell tal-UEP ċaħad din id-deċiżjoni, billi argumenta li l-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Privattivi tieħu preċedenza fuq ir-regoli ta' implimentazzjoni tal-UEP u għalhekk il-privattivi fuq il-pjanti jistgħu jingħataw.

F'dan l-istadju, il-President tal-UEP talab sentenza finali mill-Bord tal-Appell Estiż biex jikkonkludi l-kwistjoni. Il-partijiet terzi huma intitolati jippreżentaw dikjarazzjonijiet bil-miktub dwar il-kwistjoni quddiem il-Bord Estiż qabel l-1 ta' Ottubru 2019.

Il-Kummissjoni biħsiebha tippreżenta dikjarazzjoni bil-miktub lill-Bord tal-Appell Estiż tal-UEP sabiex tipproteġi l-kapaċità innovattiva tas-settur Ewropew tat-tnissil tal-pjanti u l-interess pubbliku ġenerali?

X'azzjoni qed tippjana li tieħu l-Kummissjoni biex tiżgura li l-prodotti li jirriżultaw minn proċessi naturali ma jingħatawx privattiva?

Imressqa: 9.9.2019

Mgħoddija: 11.9.2019

L-iskadenza għat-tweġiba: 18.9.2019

[1]  ĠU C 399, 24.11.2017, p. 188.

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Settembru 2019Avviż legali